EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0112

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016.
Kødbranchens Fællesråd agissant pour Århus Slagtehus A/S et vs Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri u Fødevarestyrelsen.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Regolament (KE) Nru 882/2004 – Regolament (KE) Nru 854/2004 – Kontroll uffiċjali tal-għalf għall-annimali u tal-prodotti tal-ikel – Tariffi li jistgħu jiġu imposti mill-Istati Membri biex ikopru l-ispejjeż magħmula mill-kontrolli uffiċjali – Spejjeż relatati mat-taħriġ tal-uffiċjali awżiljarji.
Kawża C-112/15.

Court reports – general

Kawża C‑112/15

Kødbranchens Fællesråd

vs

Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri etFødevarestyrelsen

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Regolament (KE) Nru 882/2004 — Regolament (KE) Nru 854/2004 — Kontroll uffiċjali tal-għalf għall-annimali u tal-prodotti tal-ikel — Tariffi li jistgħu jiġu imposti mill-Istati Membri biex ikopru l-ispejjeż magħmula mill-kontrolli uffiċjali — Spejjeż relatati mat-taħriġ tal-uffiċjali awżiljarji”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016

  1. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Testi plurilingwi – Interpretazzjoni uniformi – Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-istruttura u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Kontroll uffiċjali tal-għalf u tal-prodotti tal-ikel – Finanzjament – Tariffi dovuti għal kontrolli uffiċċjali – Kalkolu – Teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż relatati mat-taħriġ obbligatorju bażiku tal-persunal assoċjat mal-kontrolli – Esklużjoni

    (Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 854/2004 u Nru 882/2004, Artikolu 27(4)(a), u Anness VI, punti 1 u 2)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 36)

  2.  L-Artikolu 27(4)(a), kif ukoll il-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu l-Istati Membri, meta jistabbilixxu l-ammont ta’ tariffi li jinġabru mingħand l-impriżi fis-settur tal-ikel, milli jinkludu l-ispejjeż relatati mat-taħriġ obbligatorju bażiku tal-awżiljarji uffiċjali.

    Fil-fatt, it-tariffi għandhom jinġabru biss sabiex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw tassew, għall-Istati Membri, għat-twettiq tal-kontrolli fl-impriżi tas-settur tal-ikel u ma għandhomx ikollhom l-għan li jitfgħu wkoll il-piż tal-ispejjeż tat-taħriġ inizjali tal-persunal kompetenti fuq l-impriżi tas-settur ikkonċernat. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Anness VI tar-Regolament Nru 882/2004, li għalih jirreferi l-Artikolu 27 ta’ dan ir-regolament, jiġi interpretat li jirreferi esklużivament għas-salarji u għall-ispejjeż ta’ persuni li jipparteċipaw effettivament fl-implementazzjoni tal-kontrolli uffiċjali. Barra minn hekk, filwaqt li t-twettiq tal-kontrolli normalment isir minn veterinarji uffiċjali li jistgħu jkunu assistiti biss minn awżiljarji uffiċjali jew, f’ċerti każijiet speċifiċi, mill-persunal tal-biċċerija, minn ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 854/2004, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum uman, ma jirriżulta li l-persuni li jkunu qed isegwu taħriġ obbligatorju bażiku ta’ awżiljarju uffiċjali jistgħu, matul dan it-taħriġ, jipparteċipaw fit-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali.

    (ara l-punti 39-42 u d-dispożittiv)

Top