This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0111
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016.
Občina Gorje vs Republika Slovenija.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika Agrikola Komuni – Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Regolament (KE) Nru 65/2011 – Finanzjament mill-FAEŻR – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet u ta’ nfiq – Rekwiżit ratione temporis – Esklużjoni kompleta – Tnaqqis tal-għajnuna.
Kawża C-111/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016.
Občina Gorje vs Republika Slovenija.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika Agrikola Komuni – Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Regolament (KE) Nru 65/2011 – Finanzjament mill-FAEŻR – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet u ta’ nfiq – Rekwiżit ratione temporis – Esklużjoni kompleta – Tnaqqis tal-għajnuna.
Kawża C-111/15.
Court reports – general
Kawża C‑111/15
Občina Gorje
vs
Republika Slovenija
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika Agrikola Komuni — Regolament (KE) Nru 1698/2005 — Regolament (KE) Nru 65/2011 — Finanzjament mill-FAEŻR — Għajnuna għall-iżvilupp rurali — Regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet u ta’ nfiq — Rekwiżit ratione temporis — Esklużjoni kompleta — Tnaqqis tal-għajnuna”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016
Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Applikabbiltà diretta – Kompetenza ta’ implementazzjoni rrikonoxxuta lil Stat Membru – Limiti
(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288)
Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEŻR – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet u ta’ nfiq – Rekwiżit ratione temporis – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-eliġibbiltà tal-infiq għal dak sostnut wara l-għoti tal-għajnuna – Ammissibbiltà
(Regolament tal-Kunsill Nru 1698/2005, premessa 5 u Artikolu 71)
Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEŻR – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Eliġibbiltà ta’ operazzjonijiet u ta’ nfiq – Tnaqqis u esklużjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi ċ-ċaħda fl-intier tagħha ta’ talba għal pagament fil-każ ta’ nfiq sostnut qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna – Inammissibbiltà
(Regolament tal-Kunsill Nru 1698/2005, Artikolu 71(3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 65/2011, Artikolu 30)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 34, 35)
L-Artikolu 71 tar-Regolament Nru 1698/2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema huwa eliġibbli għall-parteċipazzjoni tal-FAEŻR fil-kofinanzjament ta’ operazzjoni ta’ żvilupp rurali magħżula mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali kkonċernat jew taħt ir-responsabbiltà ta’ din, biss l-infiq sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna.
Fil-fatt, skont l-Artikolu 71(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq huma, fil-prinċipju, ffissati fuq il-livell nazzjonali, suġġett għal kundizzjonijiet partikolari stabbiliti taħt l-imsemmi regolament għal ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali. Minn dan jirriżulta li, sa fejn din id-dispożizzjoni tagħti lill-Istati Membri l-kompetenza ġenerali li jistabbilixxu r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq, l-imsemmija Stati Membri għandhom raġun jipprevedu kundizzjoni għall-eliġibbiltà ta’ dan, marbuta b’mod partikolari mal-fatt li dan l-infiq jitwettaq wara l-approvazzjoni tat-talba għal għajnuna. Barra minn hekk, peress li l-għan tar-Regolament Nru 1698/2005 jikkonsisti, skont il-ħames premessa tiegħu, fil-promozzjoni tal-iżvilupp rurali, kundizzjoni li tillimita l-eliġibbiltà tal-infiq marbut ma’ operazzjoni kofinanzjata biss għall-infiq magħmul wara d-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna hija konformi ma’ dan l-għan, sa fejn hija tiżgura allokazzjoni iktar effettiva tal-fondi tal-FAEŻR.
(ara l-punti 37, 39, 41, 45, dispożittiv 1)
L-Artikolu 71(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), moqri flimkien mal-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 65/2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 1698/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi ċ-ċaħda fl-intier tagħha tat-talba għal pagament marbuta ma’ operazzjoni magħżula għal kofinanzjament mill-FAEŻR, meta ċertu nfiq imwettaq għal din l-operazzjoni jkun ġie sostnut qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ tali għajnuna, sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jkunx għamel intenzjonalment dikjarazzjoni falza fit-talba tiegħu għal pagament.
Fil-fatt, l-Istati Membri ma jistgħux japplikaw miżura ta’ rifjut ta’ pagament tant radikali għal sitwazzjonijiet oħra għajr dik prevista fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament Nru 65/2011, rigward l-ipoteżi fejn dikjarazzjoni falza ssir intenzjonalment mill-benefiċjarju tal-għajnuna. Fil-każijiet l-oħra kollha, l-Artikolu 30 ta’ dan ir-regolament jipprevedi tnaqqis tal-ammont tal-għajnuna, ikkalkolat skont il-metodu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu 54 Tali metodu, li jikkonsisti fl-esklużjoni tal-infiq li ma huwiex eliġibbli jinvolvi element dissważiv, għaliex l-ammont effettivament pagabbli jitnaqqas b’ammont kunsiderevolment ogħla minn dak li jikkorrispondi għan-nefqa mhux eliġibbli. F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali metodu huwa intiż sabiex jipprevjeni l-effetti msejħa “ta’ deadweight” filwaqt li jżomm in-natura proporzjonata, peress li l-infiq effettivament eliġibbli ma huwiex eskluż kollu mill-benefiċċju tal-għajnuna.
(ara l-punti 53-55, dispożittiv 2)