Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0099

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016.
    Christian Liffers vs Producciones Mandarina SL u Mediaset España Comunicación SA, anciennement Gestevisión Telecinco SA.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 13(1) – Xogħol awdjoviżiv – Attività li tikkontravjeni – Danni – Modalitajiet ta’ kalkolu – Somma f’daqqa – Dannu morali – Inklużjoni.
    Kawża C-99/15.

    Court reports – general

    Kawża C-99/15

    Christian Liffers

    vs

    Producciones Mandarina SL

    u

    Mediaset España Comunicación SA

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Direttiva 2004/48/KE — Artikolu 13(1) — Xogħol awdjoviżiv — Attività li tikkontravjeni — Danni — Modalitajiet ta’ kalkolu — Somma f’daqqa — Dannu morali — Inklużjoni”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2016

    1. Id-dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika

    2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48 – Miżuri, proċeduri u rimedji – Għoti tad-danni – Dannu li jista’ jiġi kkumpensat – Kunċett – Dannu morali – Inklużjoni

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 14)

    2.  L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48/KE fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-persuna li batiet ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali tagħha, li tkun qed titlob kumpens għad-dannu materjali tagħha kkalkolat, konformement mat-tieni subparagrafu (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, abbażi tal-ammont tal-ħlasijiet jew tad-drittijiet li kienu jkunu dovuti lilha kieku l-kontravventur talab awtorizzazzjoni sabiex juża d-dritt tal-proprjetà intellettwali inkwistjoni, sabiex titlob ukoll kumpens għad-dannu morali kkawżat lilha kif previst fit-tieni subparagrafu (a) tal-paragrafu 1 tal-artikolu msemmi.

      Fil-fatt, fid-dawl tal-għanijiet tad-Direttiva 2004/48, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(l) tagħha għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jistabbilixxi l-prinċipju li jgħid li l-kalkolu tal-ammont tad-danni li għandhom jitħallsu lill-proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali għandu jkun intiż biex jiżgura lil dan tal-aħħar il-kumpens sħiħ tad-dannu attwali soffert minnu bl-inklużjoni wkoll tal-eventwali dannu morali li jkun seħħ. Issa, l-iffissar fil-forma ta’ somma f’daqqa tal-ammonti tad-danni dovuti biss abbażi tal-ħlasijiet ipotetiċi jkopri biss id-dannu materjali subit mill-proprjetarju tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali kkonċernat, għalkemm, biex ikun jista’ jinkiseb kumpens sħiħ, dan il-proprjetarju għandu jkun jista’ jitlob, minbarra d-danni hekk ikkalkolati, il-kumpens għad-dannu morali li jkun eventwalment sofra.

      (ara l-punti 25-27 u d-dispożittiv)

    Top