Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0044

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015.
    Hauptzollamt Frankfurt am Main vs Duval GmbH & Co. KG.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Intestatura 9025 – Kunċett ta’ ‘termometru’ – Indikaturi ta’ espożizzjoni għal temperatura ta’ reazzjoni predeterminata li jintużaw darba biss.
    Kawża C-44/15.

    Court reports – general

    Kawża C‑44/15

    Hauptzollamt Frankfurt am Main

    vs

    Duval GmbH & Co. KG

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 9025 — Kunċett ta’ ‘termometru’ — Indikaturi ta’ espożizzjoni għal temperatura ta’ reazzjoni predeterminata li jintużaw darba biss”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015

    1. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Kriterji — Karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tal-prodott — Portata — Użu tal-prodott — Inklużjoni — Kundizzjoni

    2. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Interpretazzjoni — Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda — Obbligi li dawn ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tan-Nomenklatura Magħquda

    3. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Indikaturi ta’ espożizzjoni għal temperatura ta’ reazzjoni predeterminata li jintużaw darba biss — Klassifikazzjoni fl-intestatura 9025 tan-Nomenklatura Magħquda

      (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, Anness I, intestatura 9025)

    4. Unjoni doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Kriterji — Prijorità tal-intestatura l-iktar speċifika fuq l-intestaturi ta’ portata iktar ġenerali

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 23, 25)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 24, 32)

    3.  L-intestatura 9025 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif emendat bir-Regolament Nru 1549/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi indikaturi tat-temperatura ambjentali magħmula mill-karta, f’ċerti każijiet miksija b’film tal-plastik, li jindikaw, permezz ta’ bidla fil-kulur, b’mod irriversibbli u mingħajr il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid sussegwenti, jekk tkun intlaħqet temperatura limitu waħda jew iktar.

      Fil-fatt mill-formulazzjoni tal-imsemmija intestatura jirriżulta li hija tkopri b’mod partikolari t-termometri.

      Għalkemm in-Nomenklatura Magħquda ma tiddefinixxix dan il-kunċett, fis-sens komuni tal-kelma, din tirreferi, hekk kif tindika barra minn hekk, f’numru kbir ta’ verżjonijiet lingwistiċi tan-NM, il-kombinazzjoni tal-kliem ta’ oriġini Griega li jikkaratterizzawha, għall-istrumenti ta’ kejl tat-temperatura.

      Il-prodotti msemmija huma, permezz tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, intiżi sabiex jintużaw esklużivament bħala strumenti ta’ kejl tat-temperatura.

      Iċ-ċirkustanza li l-imsemmija prodotti huma magħmula mill-karta u eventwalment miksija b’film tal-plastik, u li għandhom funzjoni iktar sempliċi minn ċerti strumenti ta’ kejl oħra li jużaw mekkaniżmi iktar sofistikati, jew il-fatt li jippermettu biss il-kejl ta’ ċerti temperaturi limiti predeterminati, jew ukoll iċ-ċirkustanza li ma jistgħux jintużaw diversi drabi fid-dawl tan-natura irriversibbli tal-indikazzjoni li sseħħ meta jintlaħqu tali temperaturi limiti ma jipprekludux li tali prodotti jiġu kklassifikati fl-intestatura 9025 tan-Nomenklatura Magħquda.

      (ara l-punti 26, 27, 30, 36, 40 u d-dispożittiv)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 38)

    Top