This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TO0670
Milchindustrie-Verband u Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni
Milchindustrie-Verband u Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni
Kawża T‑670/14
Milchindustrie-Verband eV
u
Deutscher Raiffeisenverband eV
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Rikors għal annullament — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri — Inammissibbiltà”
Sommarju – Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2015
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Locus standi – Rikors ta’ assoċjazzjoni professjonali li tħares u tirrappreżenta l-membri tagħha – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Locus standi – Interess dirett – Kriterji
(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Locus standi – Interess dirett – Kriterji – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 – Rikors ta’ assoċjazzjoni professjonali li tħares u tirrappreżenta l-membri tagħha – Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri – Inammissibbiltà
(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2014/C 200/01)
1. |
Ara t-test tad-deċiżjoni. (ara l-punti 14, 15) |
2. |
Skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni paragrafi ta’ din l-istess dispożizzjoni, tressaq appell kontra att mhux indirizzat lilha f’żewġ ipoteżijiet alternattivi, jiġifieri, minn naħa, jekk l-att inkwistjoni jkun jirrigwardaha direttament u individwalment, u, min-naħa l-oħra, jekk dan ikun att regolatorju li jirrigwardaha direttament u li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni. Kull waħda miż-żewġ ipoteżijiet tippreżupponi interess dirett tar-rikorrenti permezz tal-att ikkontestat. F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ interess dirett li joħroġ mit-tieni waħda mill-imsemmija ipoteżijiet ma jistax jiġi interpretat b’mod iktar restrittiv minn dak li joħroġ mill-ewwel ipoteżi. Barra minn hekk, ebda element ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li, f’dan il-każ, il-kundizzjoni tal-interess dirett għandha tiġi interpretata b’mod inqas restrittiv fil-każ fejn l-att ikkontestat ikun jikkostitwixxi att regolamentari li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni. F’dan il-kuntest, il-kundizzjoni li persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun direttament ikkonċernata minn att tal-Unjoni teħtieġ li l-att ikkontestat ikun joħloq direttament effetti fuq is-sitwazzjoni legali tal-individwu u ma tħalli ebda setgħa diskrezzjonali lid-destinatarji tagħha, li għandhom jimplementawha, peress li din hija ta’ natura purament awtomatika u tirriżulta biss mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mingħajr applikazzjoni ta’ regoli intermedjarji oħra. L-istess japplika meta l-possibbiltà għal dawn id-destinatarji li ma jagħtux segwitu għal att tal-Unjoni tkun purament teoretika, billi r-rieda tagħhom li jisiltu konsegwenzi li jikkonformaw miegħu ma toħloq ebda dubju. (ara l-punti 16-18, 20-21) |
3. |
Ara t-test tad-deċiżjoni. (ara l-punti 22-33, 36-41) |