Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TO0640

    Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill

    Kawża T‑640/14

    Carsten René Beul

    vs

    Il‑Parlament Ewropew

    u

    Il‑Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Rikors għal annullament — Funzjonament tas-swieq finanzjarji — Regolament (UE) Nru 537/2014 — Att leġiżlattiv — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”

    Sommarju – Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-23 ta’ Novembru 2015

    1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – L-atti kollha ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi

      (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u 289(1) u (3) TFUE)

    2. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali – Kriterji – Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku – Rikors ippreżentat minn awditur statutorju li jeżerċita l-attività tiegħu fil-qasam irregolat mir-regolament – Assenza ta’ interess individwali – Inammissibbiltà

      (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 537/2014)

    3. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Kundizzjonijiet ta’ natura kumulattiva – Inammissibbiltà tar-rikors fil-każ li wieħed biss minn dawn il-kundizzjonijiet ma jkunx issodisfatt

      (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    4. Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ tal-legalità tal-atti tal-Unjoni – Modalitajiet – Protezzjoni ta’ dan id-dritt mill-qorti tal-Unjoni jew mill-qrati nazzjonali skont in-natura legali tal-att ikkontestat – Possibbiltà li jintuża r-rimedju tar-rikors għal annullament jew tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità

      (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, 267 TFUE u 277 TFUE ; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 17-20)

    2.  Persuna fiżika jew ġuridika li ma hijiex id-destinatarja ta’ att ma tistax tallega li hija kkonċernata individwalment ħlief fil-każ li l-imsemmi att jolqotha minħabba ċerti kwalitajiet li huma partikolari għaliha jew minħabba sitwazzjoni ta’ fatt li tikkaratterizzaha fil-konfront ta’ kull persuna oħra u, minħabba dan il-fatt, tindividwalizzahom b’mod simili bħalma jkun individwalizzat id-destinatarju ta’ deċiżjoni.

      Fir-rigward ta’ rikors għal annullament dirett kontra ir-Regolament Nru 537/2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku, rikorrent li jeżerċita din l-attività fil-kwalità tiegħu ta’ awditur statutorju ma huwiex kkonċernat individwalment la mill-imsemmi regolament b’mod ġenerali, u lanqas mill-Artikolu 21 tal-imsemmi regolament u, għaldaqstant, ma għandux locus standi abbażi tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Fil-fatt, fl-ewwel lok, il-fatt li r-Regolament Nru 537/2014 japplika f’sitwazzjonijiet iddeterminati oġġettivament mid-dispożizzjonijiet tiegħu stess u fih effetti legali fil-konfront ta’ kategoriji ta’ persuni previsti b’mod ġenerali u astratt juri l-assenza ta’ interess individwali. Madankollu, ir-rikorrent huwa kkonċernat mill-imsemmi regolament biss fil-kwalità tiegħu ta’ awditur statutorju li jeżerċita l-attività tal-awditjar ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku, sitwazzjoni li hija msemmija oġġettivament minn dan ir-regolament, mingħajr ma l-leġiżlatur ħa inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni individwali tal-membri ta’ din il-professjoni bi kwalunkwe mod. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kompożizzjoni tal-organi responsabbli bis-superviżjoni tal-awdituri statutorji li jeżerċitaw din l-attività huma fformulati b’mod ġenerali u japplikaw b’mod indifferenti għal kull operatur ekonomiku u għal kull awtorità li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.

      Fit-tieni lok, il-persuni affettwati mir-rekwiżiti deskritti fl-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 537/2014 ma kinux la identifikati, lanqas identifikabbli fil-mument tal-adozzjoni tiegħu. Madankollu, numru mhux magħruf ta’ operaturi ekonomiċi jista’ jiżdied mal-kategorija ta’ persuni li għaliha kien jappartjeni r-rikorrent fil-mument tal-adozzjoni tal-imsemmi regolament, b’mod li din il-kategorija ma tistax tiġi kklassifikata bħala ċirku ristrett. Bil-kontra, jirrigwarda b’hekk totalità indeterminata u indeterminabbli ta’ operaturi ekonomiċi li ċ-ċirku tagħhom jista’ jikber wara l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. L-operaturi ekonomiċi li jappartjenu għal tali kategorija miftuħa ma humiex individwalment ikkonċernati mill-att inkwistjoni. Fit-tielet lok, allegat dritt li jkun taħt is-superviżjoni minn organu professjonali li jinkludi membri li jeżerċitaw il-professjoni ta’ kontabilista, jekk wieħed jippreżumi li huwa stabbilit, ma jindividwalizza bl-ebda mod ir-rikorrent fir-rigward tat-totalità indeterminata u indeterminabbli tal-operaturi li jeżerċitaw l-imsemmija professjoni li jagħmlu awditjar tal-entitajiet ta’ interess pubbliku.

      (ara l-punti 31, 39, 40, 42, 45, 46, 48, 49, 51)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 50)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 55-59)

    Top