EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0793

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) tal-15 ta’ Novembru 2018.
Tempus Energy Ltd u Tempus Energy Technology Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Għajnuna mill-Istat – Suq tal-kapaċità fir-Renju Unit – Skema ta’ għajnuna – Artikolu 108(2) u (3) TFUE – Kunċett ta’ dubji fis-sens tal-Artikolu 4(3) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu bejn l-2014-2020 – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati.
Kawża T-793/14.

Kawża T-793/14

Tempus Energy Ltd u Tempus Energy Technology Ltd

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat – Suq tal-kapaċità fir-Renju Unit – Skema ta’ għajnuna – Artikolu 108(2) u (3) TFUE – Kunċett ta’ dubji fis-sens tal-Artikolu 4(3) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu bejn l-2014-2020 – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati ”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) tal-15 ta’ Novembru 2018

  1. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Evalwazzjoni tal-validità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda wara l-fażi preliminari ta’ eżami abbażi ta’ elementi ta’ informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

    (Artikoli 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 4 u 6)

  2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultà ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Kunċett ta’ dubji – Natura esklużiva u oġġettiva

    (Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(3) u (4))

  3. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikutajiet serji ta’ natura li jqajjmu dubji – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Oneru u portata tal-prova fil-każ ta’ rikors għal annullament tad-deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Effett ta’ tul taċ-ċirkustanzi tal-fażi ta’ prenotifika

    (Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(4))

  4. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultà ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Dubji – Portata tal-kamp ta’ investigazzjoni u kumplessità tal-fajl li tista’ tikkostitwixxi indizju tal-eżistenza ta’ dubji

    (Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4(3) u (4))

  5. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna mogħtija fis-settur tal-enerġija – Linji gwida li jikkonċernaw l-għajnuna għall-protezzjoni tal-ambjent u tal-enerġija – Għajnuna favur l-aġġustar tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni – Eżami mill-Kummissjoni – Evalwazzjoni tar-rwol tal-ġestjoni tat-talba fi ħdan is-suq ta’ kapaċità – Portata

    (Artikolu 107(3)(c) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2014/C 200/1, paragrafi 224, 226 u 232(a))

  6. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Ugwaljanza fit-trattament – Differenza fit-trattament oġġettivament iġġustifikata – Kriterji ta’ evalwazzjoni

  7. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Obbligu tal-Kummissjoni li teżamina n-natura proporzjonata tal-miżura nnotifikata

    (Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 4)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 60, 61, 71)

  2.  Fir-rigward tal-kunċett ta’ “dubji” rigward il-kompatibbiltà tal-miżura nnotifikata mas-suq intern, imsemmi fl-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE, il-ġurisprudenza stabbilixxiet tliet rekwiżiti sabiex jirregolaw l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni.

    L-ewwel nett, dan il-kunċett għandu natura esklużiva. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tirrifjuta li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali billi tibbaża ruħha fuq ċirkustanzi oħra, bħall-interess ta’ terzi, kunsiderazzjonijiet ta’ ekonomija proċedurali jew kwalunkwe raġuni oħra ta’ inklinazzjoni amministrattiva jew politika.

    It-tieni nett, b’mod partikolari mill-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999 jirriżulta li, meta l-Kummissjoni ma jirnexxilhiex telimina kull dubju fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija għandha l-obbligu li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali. F’dan ir-rigward hija ma għandha l-ebda diskrezzjoni.

    L-eżistenza ta’ dubji bħal dawn għandha titfittex kemm fiċ-ċirkustanzi li wasslu għall-adozzjoni tal-att ikkontestat, kif ukoll fil-kontenut tiegħu, b’mod oġġettiv, billi r-raġunijiet għad-deċiżjoni jiġu pparagunati mal-elementi li l-Kummissjoni kellha meta hija ddeċidiet dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna kontenzjuża mas-suq intern. Fl-aħħar, l-istħarriġ tal-legalità li l-Qorti Ġenerali twettaq dwar l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji, min-natura tiegħu, imur lil hinn mill-verifika ta’ jekk hemmx żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    (ara l-punti 62-65)

  3.  Sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħmel eżami suffiċjenti fid-dawl tar-regoli applikabbli għall-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ma għandhiex tillimita l-analiżi tagħha għall-elementi li jinsabu fin-notifika tal-miżura inkwistjoni. Hija tista’, u skont il-każ għandha tfittex l-informazzjoni rilevanti, sabiex ikollha, meta tadotta d-deċiżjoni kkontestata, elementi ta’ evalwazzjoni li jistgħu raġonevolment jiġu kkunsidrati li huma suffiċjenti u ċari għall-bżonnijiet tal-evalwazzjoni tagħha.

    Sabiex tipprova l-eżistenza ta’ dubji fis-sens tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE, huwa biżżejjed li l-parti interessata turi li l-Kummissjoni ma fittxitx u ma eżaminatx, b’mod diliġenti u imparzjali, l-elementi kollha rilevanti għall-finijiet ta’ din l-analiżi jew li ma ħadithomx debitament inkunsiderazzjoni, b’mod li telimina kwalunkwe dubju fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżura nnotifikata mas-suq intern.

    It-tul u ċ-ċirkustanzi tal-fażi ta’ prenotifika, li jixhdu diffikultajiet minħabba l-bżonn li tinġabar informazzjoni rilevanti sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ teżamina n-notifika ta’ miżura sinjifikattiva, kumplessa u ġdida, l-istess bħall-varjeta tal-osservazzjonijiet magħmula fir-rigward tal-miżura nnotifikata minn diversi tipi ta’ operaturi differenti, ma jippermettux li jiġi kkunsidrat li t-tul qasir tal-proċedura preliminari ta’ eżami jikkostitwixxi indizju tal-assenza ta’ dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ din l-iskema mas-suq intern, iżda huma, għall-kuntrarju, suxxettibbli li jikkostitwixxu indizju tal-eżistenza ta’ tali dubji.

    Dan japplika iktar u iktar meta, fix-xahar iddedikat għall-eżami preliminari tan-notifika, il-Kummissjoni ma twettaqx investigazzjoni partikolari tal-proċess f’dak li jikkonċerna r-rwol tal-ġestjoni tat-talba fi ħdan is-suq tal-kapaċità u dan, minkejja li ma kinitx f’sitwazzjoni fejn setgħet tikkuntenta ruħha bl-informazzjoni ppreżentata mill-Istat Membru kkonċernat mingħajr ma twettaq l-evalwazzjoni sabiex teżamina u skont il-bżonn, tfittex, jekk ikun il-kaz mingħand il-partijiet ikkonċernati l-oħra, l-informazzjoni rilevanti għall-bżonnijiet tal-evalwazzjoni tagħha.

    (ara l-punti 69, 70, 85, 109, 110, 113, 188)

  4.  Fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat, il-portata tal-kamp ta’ investigazzjoni kopert mill-Kummissjoni waqt l-investigazzjoni preliminari kif ukoll il-kumplessità tal-proċess ikkunsidrat jistgħu jindikaw li l-proċedura inkwistjoni eċċediet sewwa dak li normalment jimplika eżami preliminari mwettaq fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108(3) TFUE. Dan il-fatt jikkostitwixxi indizju li jipprova l-eżistenza ta’ dubji fis-sens tal-Artikolu 4(3) jew (4) tar-Regolament Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE.

    (ara l-punt 78)

  5.  Għalhekk, b’applikazzjoni tal-paragrafu 232(a) tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu bejn l-2014-2020, hija l-Kummissjoni li għandha tiżgura ruħha li l-iskema ta’ għajnuna hija maħsuba b’tali mod li l-ġestjoni tat-talba tkun tista’ tipparteċipa fiha bl-istess mod bħall-produzzjoni, għaliex il-kapaċitajiet korrispondenti kienu jippermettu li jinħoloq rimedju effettiv għall-problema tal-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni.

    Mill-paragrafu 226 tal-Linji Gwida jirriżulta b’mod partikolari li l-miżuri ta’ għajnuna għandhom ikunu miftuħin u jipprovdu inċentivi adegwati għall-operaturi kkonċernati.

    Il-Kummissjoni, li kienet taf bid-diffikultajiet invokati mill-grupp ta’ esperti tekniċi f’dak li jikkonċerna t-teħid inkunsiderazzjoni tal-potenzjal tal-ġestjoni tat-talba ma tistax tikkunsidra li huwa biżżejjed għall-evalwazzjoni tat-teħid inkunsiderazzjoni effettiv tal-ġestjoni tat-talba – u ma ssibx ruħha iktar f’sitwazzjoni fejn jista’ jkollha dubji dwar dan is-suġġett fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna mas-suq intern – li taċċetta l-modalitajiet ippjanati mir-Renju Unit f’dan ir-rigward.

    Mill-paragrafu 226 u mill-paragrafu 232(a) tal-Linji Gwida jirriżulta li huwa partikolarment importanti għall-Kummissjoni li tiżgura li s-suq tal-kapaċità inkwistjoni jippermetti lis-soluzzjonijiet kollha jipparteċipaw realment u effettivament, peress li kull soluzzjoni għandha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tagħha, sabiex tkun tista’ tinstab soluzzjoni għall-problema ta’ adegwatezza tal-kapaċitajiet. Għahekk, fid-dawl tal-elementi disponibbli u fid-dawl tar-rwol tal-ġestjoni tat-talba, il-Kummissjoni ma tistax tissodisfa ruħha bis-sempliċi natura miftuħa tal-miżura u tikkonkludi, konsegwentement, li hija newtrali fuq il-pjan teknoloġiku, mingħajr ma teżamina f’iktar dettall ir-realtà u l-effettività tat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ din is-soluzzjoni teknoloġika fl-ambitu tas-suq tal-kapaċità.

    (ara l-punti 126, 127, 147, 149, 153, 154)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 164)

  7.  Fir-rigward ta’ pjan ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonsisti fl-għoti ta’ ħlas lill-fornituri ta’ kapaċità elettrika bħala ħlas għall-obbligu tagħhom li jipprovdu l-elettriku jew li jnaqqsu jew ibiddlu l-konsum tal-elettriku f’perijodu ta’ tensjoni fuq in-network, sa fejn l-Istat ikkonċernat biddel il-metodu ta’ rkupru tal-ispejjeż sabiex jiffinanzja l-imsemmi ħlas, hija l-Kummissjoni li għandha, fil-kuntest tal-eżami tal-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern teżamina l-eventwali effett ta’ dan il-bdil fuq l-ammont totali tal-għajnuna u, għaldaqstant, fuq in-natura proporzjonata tal-miżura inkwistjoni. Il-fatt li l-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni kompleta f’dan ir-rigward fil-kuntest tal-proċedura preliminari ta’ eżami jikkostitwixxi indizju tal-eżistenza ta’ dubji fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE.

    (ara l-punt 213)

Top