This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TJ0752
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2017.
Combaro SA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Unjoni doganali – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Latvja – Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Rimbors u maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Importazzjoni ta’ drapp tal-għażel mil-Latvja – Klawżola ta’ ekwità – Sitwazzjoni partikolari – Qerq jew negliġenza manifesta – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni mhux iġġustifikata.
Kawża T-752/14.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2017.
Combaro SA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Unjoni doganali – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Latvja – Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Rimbors u maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Importazzjoni ta’ drapp tal-għażel mil-Latvja – Klawżola ta’ ekwità – Sitwazzjoni partikolari – Qerq jew negliġenza manifesta – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni mhux iġġustifikata.
Kawża T-752/14.
Court reports – general
Kawża T‑752/14
Combaro SA
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Unjoni doganali – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Latvja – Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Rimbors u maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni – Importazzjoni ta’ drapp tal-għażel mil-Latvja – Klawżola ta’ ekwità – Sitwazzjoni partikolari – Qerq jew negliġenza manifesta – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni mhux iġġustifikata”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2017
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Klawżola ta’ ekwità stabbilita permezz tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità – Kundizzjonijiet – Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari – Assenza ta’ ċirkustanżi li jimplikaw qerq jew negliġenza manifesta tal-persuna kkonċernata – Natura kumulattiva
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 905)
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Klawżola ta’ ekwità stabbilita permezz tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità – Kundizzjonijiet – Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari – Kunċett – Kontroll inadegwat min-naħa tal-Kummissjoni tal-applikazzjoni korretta tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Latvja – Inklużjoni
(Artikolu 17(1) TUE; Protokoll Nru 3 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Latvja, Artikolu 32(3); Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239)
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Klawżola ta’ ekwità stabbilita permezz tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità – Kundizzjonijiet – Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239)
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Klawżola ta’ ekwità stabbilita permezz tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità – Kundizzjonijiet – Assenza ta’ ċirkustanżi li jimplikaw qerq jew negliġenza manifesta tal-persuna kkonċernata – Oneru tal-prova
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239)
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni – Klawżola ta’ ekwità stabbilita permezz tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità – Kundizzjonijiet – Assenza ta’ ċirkustanżi li jimplikaw qerq jew negliġenza manifesta tal-persuna kkonċernata – Kunċett ta’ negliġenza manifesta – Interpretazzjoni stretta – Kriterji
(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239)
Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolarizzazzjoni ta’ żball fil-motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà
(Artikolu 296 TFUE)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 39-41)
Il-kontroll inadegwat min-naħa tal-Kummissjoni tal-applikazzjoni korretta ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jista’ jikkostitwixxi sitwazzjoni partikolari li la timplika negliġenza manifesta u lanqas qerq min-naħa tal-persuna kkonċernata fis-sens tal-Artikolu 239 tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Issa, għalkemm il-Kummissjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, hija ma tistax tinjora l-obbligu tagħha li tibbilanċja b’mod effettiv, minn naħa, l-interess tal-Unjoni fl-osservanza sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali, kemm jekk tkun tal-Unjoni jew li torbot l-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, l-interess tal-importatur in bona fede li ma jsofrix danni li jmorru lil hinn mir-riskju kummerċjali normali. Konsegwentement, fl-eżami ta’ talba għar-rimbors jew għall-maħfra ta’ dazji ta’ importazzjoni, il-Kummissjoni ma tistax sempliċiment tevalwa l-imġiba u l-aġir tal-importatur u tal-esportatur. Hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll, b’mod partikolari, l-effett tal-aġir tagħha fuq is-sitwazzjoni konkreta tal-każ inkwistjoni, fil-kuntest tal-obbligu tagħha ta’ sorveljanza u kontroll.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni, bħala gwardjan tat-Trattat u tal-ftehimiet konklużi skont dan it-Trattat, hija marbuta tiżgura l-applikazzjoni korretta minn pajjiż terz tal-obbligi li jkun daħal għalihom taħt ftehim konkluż mal-Unjoni permezz tal-metodi previsti mill-ftehim jew minn deċiżjonijiet meħuda skont dan il-ftehim. Dan l-obbligu jirriżulta wkoll mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni konkluż bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Latvja kif ukoll mill-protokolli relatati miegħu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tuża b’mod sħiħ il-prerogattivi tagħha skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tad-deċiżjonijiet u tal-protokolli adottati għall-implementazzjoni tiegħu, sabiex ma tonqosx mill-obbligi tagħha ta’ sorveljanza u kontroll tal-applikazzjoni korretta tal-imsemmi ftehim. Tali użu huwa iktar u iktar rilevanti fil-preżenza ta’ indizji dwar l-implikazzjoni possibbli tal-awtoritajiet doganali nazzjonali fil-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ moviment li jattestaw l-oriġini tal-merkanzija. F’dawn ir-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha l-obbligu titlob kjarifiki dwar l-investigazzjonijiet li kienu twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati sabiex tiċċara l-fatti tal-każ.
Barra minn hekk, l-obbligu tal-Kummissjoni li tiżgura li l-imsemmi Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġi applikat b’mod korrett jeżiġi li hija, u permezz tagħha l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jkollha f’kull ħin l-elementi kollha li jistgħu jippermettulha twettaq kontroll effettiv, u l-eżemplari tat-timbri u tal-firem użati fl-uffiċċji tad-dwana kkonċernati bla dubju jikkostitwixxu tali elementi. F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 32(3) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 4/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika tal-Latvja, jirriżulta li l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ esportazzjoni għandhom id-dritt jitolbu kwalunkwe prova u jwettqu kwalunkwe verifika tal-kontijiet tal-esportatur jew kwalunkwe verifika oħra li huma jqisu li tkun xierqa. Konsegwentement, fl-assenza ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward mill-awtoritajiet doganali kkonċernati, il-Kummissjoni għandha, speċjalment jekk eżami tat-timbri u tal-firem ma jkunx possibbli, titlob lill-imsemmija awtoritajiet jekk sarux tali verifiki u, jekk le, għalfejn.
Minn dan jirriżulta li l-Kummissjoni tkun qiegħda tonqos mill-obbligi tagħha ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-applikazzjoni korretta tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, meta, għalkemm hija kienet użat b’mod sħiħ il-prerogattivi li hija għandha fil-kuntest tal-imsemmi ftehim għall-finijiet tal-applikazzjoni korretta tiegħu, in-natura awtentika jew falza taċ-ċertifikati ta’ moviment setgħet tiġi stabbilita b’iktar ċertezza.
(ara l-punti 43-45, 67, 68, 74, 75, 77, 80, 81, 83, 85)
Sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ nuqqasijiet min-naħa tal-awtoritajiet ta’ pajjiż terz u tal-Kummissjoni, li jistgħu jikkostitwixxu sitwazzjonijiet partikolari fis-sens tal-Artikolu 239 tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandha tiġi eżaminata, f’kull każ, in-natura reali tal-obbligi imposti fuq dawn l-awtoritajiet u fuq il-Kummissjoni, rispettivament, mil-leġiżlazzjoni applikabbli.
(ara l-punt 48)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 100)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 102)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 110)