This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TJ0703
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017.
Diktyo Amyntikon Viomichanion Net AEVE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Firerob konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Spejjeż eliġibbli – Talba għal rimbors tal-ammonti mħallsa lir-rikorrenti – Delega tas-setgħa – Ammissibbiltà – Eżerċizzju abbużiv ta’ drittijiet kuntrattwali – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità.
Kawża T-703/14.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017.
Diktyo Amyntikon Viomichanion Net AEVE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Firerob konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Spejjeż eliġibbli – Talba għal rimbors tal-ammonti mħallsa lir-rikorrenti – Delega tas-setgħa – Ammissibbiltà – Eżerċizzju abbużiv ta’ drittijiet kuntrattwali – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità.
Kawża T-703/14.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017 - Diktyo Amyntikon Viomichanion Net vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-703/14)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Firerob konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Spejjeż eliġibbli – Talba għal rimbors tal-ammonti mħallsa lir-rikorrenti – Delega tas-setgħa – Ammissibbiltà – Eżerċizzju abbużiv ta’ drittijiet kuntrattwali – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità”
1. |
Rikors għal annullament–Persuni fiżiċi jew ġuridiċi–Interess ġuridiku–Neċessità ta’ interess reali u attwali (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 36) |
2. |
Proċedura ġudizzjarja–Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ–Kwalità ta’ konvenut–Ftehim konkluż mal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ programm kwadru sussegwentement amministrat mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)–Assenza ta’ surroga tar-REA fid-drittijiet u l-obbligi tal-Kummissjoni–Rikors ippreżentat kontra l-Kummissjoni–Ammissibbiltà (Artikolu 272 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003, Artikoli 4 u 21(1); Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/46, Artikolu 4(1), u 2013/778, Artikoli 1 u 7(1)) (ara l-punti 43-45, 55, 57, 63, 64, 68, 72) |
3. |
Baġit tal-Unjoni Ewropea–Għajnuna finanzjarja mill-Unjoni–Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna–Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż esposti–Proċedura mibdija mill-Kummissjoni għall-irkupru tas-somom imħallsa bil-quddiem–Tqassim tal-oneru tal-prova (Artikolu 272 TFUE) (ara l-punt 84) |
4. |
Baġit tal-Unjoni Ewropea–Għajnuna finanzjarja mill-Unjoni–Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna–Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament magħmula–Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati–Assenza–Spejjeż mhux eliġibbli–Eżekuzzjoni teknika tajba tal-proġetti li huma s-suġġett ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni–Assenza ta’ effett (Artikolu 317 TFUE) (ara l-punt 115) |
5. |
Proċedura ġudizzjarja–Miżuri istruttorji–Perizja–Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 88 u 91(e)) (ara l-punti 125, 126) |
6. |
Dritt tal-Unjoni Ewropea–Prinċipji–Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi–Kundizzjonijiet–Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punt 146) |
7. |
Proċedura ġudizzjarja–Rikors promotur–Rekwiżiti proċedurali–Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima–Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punt 159) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, biex il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-Kummissjoni kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha meta ħarġet in-nota ta’ debitu Nru 3241409008, tal-25 ta’ Lulju 2014, u li l-ispejjeż iddikjarati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt FP7-SME-2007-222303, dwar il-kanċellament tal-proġett “FIREROB – Autonomous Fire-Fighting Robotic Vehicle”, huma eliġibbli u, min-naħa l-oħra, għall-ksib tal-kundanna tal-Kummissjoni li toħroġ nota ta’ kreditu f’ammont ta’ EUR 64 574.73.
Dispożittiv
1) |
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors peress li dan jikkonċerna talba għal rimbors għal ammont li jaqbeż EUR37 247.05, flimkien mal-interessi mid-9 ta’ Settembru 2014. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea kisret l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-kuntratt FP7-SME-2007-222303, dwar il-kanċellament tal-proġett “FIREROB – Autonomous Fire-Fighting Robotic Vehicle”, billi talbet lil Diktyo Amyntikon Viomichanion Net AEVE tirrimborsalha ammont li jaqbeż EUR 9007, flimkien mal-interessi mid-9 ta’ Settembru 2014. |
4) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
5) |
Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti mill-ispejjeż esposti minn Diktyo Amyntikon Viomichanion Net, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
6) |
Diktyo Amyntikon Viomichanion Net għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |