EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0682

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2018.
Mylan Laboratories Ltd u Mylan, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi – Kompetizzjoni potenzjali – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi – Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Multi.
Kawża T-682/14.

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Mylan Laboratories u Mylan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-682/14)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi – Kompetizzjoni potenzjali – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi – Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Multi”

1. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Klassifikazzjoni ta’ impriża bħala kompetitur potenzjali – Possibbiltajiet reali u konkreti ta’ dħul fis-suq – Kriterji – Element essenzjali – Kapaċità tal-impriża li tidħol fis-suq rilevanti –Dħul suffiċjentement mgħaġġel –Perċezzjoni tal-operaturi preżenti fis-suq

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 46-65)

2. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Klassifikazzjoni ta’ impriża bħala kompetitur potenzjali – Kriterji – Element essenzjali – Kapaċità tal-impriża li tidħol fis-suq rilevanti – Impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ostakoli marbuta mal-privattivi tal-laboratorju ta’ verżjonijiet tal-bidu kif ukoll mad-diffikultajiet tekniċi, leġiżlattivi jew finanzjarji tal-impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi –Possibbiltajiet reali u konkreti li jingħelbu dawn id-diffikultajiet u li wieħed jidħol fis-suq rilevanti

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 87-133)

3. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Ksur minħabba l-għan – Grad suffiċjenti ta’ dannu – Evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 150-161)

4. 

Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Inklużjoni –Ibbilanċjar tad-dritt tal-privattivi u tar-regoli tal-kompetizzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

(ara l-punti 163-181)

5. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ verżjonijiet tal-bidu u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ftehim li fih klawżoli ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni ta’ privattivi u ta’ nuqqas ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti – Ħlas invertit li jagħti inċentiv riċevut mill-impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Restrizzjoni minħabba l-għan

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 183-209)

6. 

Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ verżjonijiet tal-bidu u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ftehim li fih klawżoli ta’ nuqqas ta’ kontestazzjoni ta’ privattivi u ta’ nuqqas ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti – Ħlas riċevut mill-impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Klassifikazzjoni bħala ħlas invertit li jagħti inċentiv – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 231-221)

7. 

Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom – Annullament ta’ deċiżjoni bħal din – Kundizzjonijiet

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 236-240)

8. 

Drittijiet fundamentali – Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege – Portata –Prevedibbiltà tan-natura ta’ ksur tal-aġir issanzjonat – Ftehim bonarju fil-qasam tal-privattivi konkluż bejn laboratorju ta’ verżjonijiet tal-bidu u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Ftehim li jmur kontra d-dritt tal-kompetizzjoni – Impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li ma setgħetx ma tkunx konxja min-natura antikompetittiva tal-aġir tagħha

(Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1))

(ara l-punti 243-255)

9. 

Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Twettiq b’mod intenzjonat jew b’negliġenza – Kunċett – Impriża li ma setgħetx ma tkunx konxja min-natura antikompetittiva tal-aġir tagħha

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(1))

(ara l-punti 259-268)

10. 

Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-metodoloġija prevista mil-linji gwida – Metodu ta’ kalkolu – Natura dissważiva tal-multa – Neċessità li jiġi stabbilit ammont li jkun superjuri għall-benefiċċju miksub mill-ksur

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 37)

(ara l-punti 274-306)

11. 

Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Produzzjoni ta’ provi supplimentari wara li tintbagħat id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

(ara l-punti 310-317)

12. 

Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Eżerċizzju ta’ influwenza determinanti fuq l-imġieba tas-sussidjarja li tista’ tiġi dedotta minn sensiela ta’ indizji dwar ir-rabtiet ekonomiċi, organizzattivi u ġuridiċi mal-kumpannija omm – Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi identifikata l-eżistenza ta’ influwenza determinanti – Influwenza tal-kumpannija omm fuq il-proċess deċiżjonali tas-sussidjarja – Kontroll effettiv tal-Bord tad-Diretturi tas-sussidjarja – Obbligu li l-kontijiet annwali tas-sussidjarja jiġu kkonsolidati ma dawk tal-kumpannija omm

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 331-369)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta kontrihom permeżż tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Mylan Laboratories Ltd u Mylan, Inc. huma kkundannati għall-ispejjeż.

Top