EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0188

Grundig Multimedia vs UASI (GentleCare)

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Jannar 2015 — Grundig Multimedia vs UASI (GentleCare)

(Kawża T‑188/14)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GentleCare — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament”

1. 

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark verbali GentleCare (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))(ara l-punt 22)

2. 

Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità — Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (ara l-punti 41-43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 Jannar 2014 (Każ R 739/2013‑5), li tikkonferma ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GentleCare bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top