Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0158

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2017.
    JingAo Solar Co. Ltd et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Sussidji – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina – Dazju kumpensatorju definittiv – Impenji – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Portata tal-investigazzjoni – Teħid ta’ kampjuni – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.
    Kawżi magħquda T-158/14, T-161/14 u T-163/14.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2017 –
    JingAo Solar et vs Il-Kunsill

    (Kawżi magħquda T-158/14, T-161/14 u T-163/14)

    “Sussidji – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina – Dazju kumpensatorju definittiv – Impenji – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Portata tal-investigazzjoni – Teħid ta’ kampjuni – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat”

    1. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Regolament li jimponi dazju kumpensatorju definittiv – Rikors ta’ impriża li l-impenji tagħha ġew aċċettati – Ammissibbiltà

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 597/2009, Artikolu 13(1) u (6), u Artikolu 15(1))

    (ara l-punti 38-41, 43)

    2. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Interess li jiġi invokat motiv – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Motiv li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Assenza – Inammissibbiltà

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 61-71)

    3. 

    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ sussidjar minn Stati terzi – Żvolġiment tal-investigazzjoni – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Fatturi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni – Applikazzjoni tal-kriterji użati mill-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Assenza

    (Regolament tal-Kunsill Nru 597/2009, Artikolu 2(c))

    (ara l-punti 84-114)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 66), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    JingAo Solar Co. Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

    Top