Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0157

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2017.
    JingAo Solar Co. Ltd et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Impenji – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Pajjiż esportatur – Portata tal-investigazzjoni – Teħid ta’ kampjuni – Valur normali – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda – Dannu – Rabta kawżali.
    Kawża T-157/14.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2017 –
    JingAo Solar et vs Il-Kunsill

    (Kawża T‑157/14)

    “Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Impenji – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Pajjiż esportatur – Portata tal-investigazzjoni – Teħid ta’ kampjuni – Valur normali – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda – Dannu – Rabta kawżali”

    1. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Regolament li jimponi dazji antidumping – Rikors ta’ impriża li l-impenji tagħha ġew aċċettati fir-Regolament li huwa s-suġġett tar-rikors – Ammissibbiltà

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 8(1) u (6), u Artikolu 9(4))

    (ara l-punti 42-45, 47)

    2. 

    Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Interess li jiġi invokat motiv – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Motiv li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Assenza – Inammissibbiltà

    (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 65-75)

    3. 

    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq – Riferiment għall-prezz ta’ pajjiż li għandu ekonomija tas-suq – Kundizzjonijiet – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Portata

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 1(2) u (3), u Artikolu 2(7)(a))

    (ara l-punti 85-95)

    4. 

    Ftehimiet internazzjonali – Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ – GATT tal-1994 – Impossibbiltà li jiġu invokati l-ftehimiet tad-WTO sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ att tal-Unjoni – Eċċezzjonijiet – Att tal-Unjoni intiż li jiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu – Assenza

    (Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, “Kodiċi antidumping tal-1994”, Artikolu 2; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7))

    (ara l-punt 96)

    5. 

    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Investigazzjoni – Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat – Fatturi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni – Applikazzjoni tal-kriterji użati mill-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Assenza

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 1(4))

    (ara l-punti 110-140)

    6. 

    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni ta’ att tad-dritt sekondarju – Interpretazzjoni li tmur kontra l-formulazzjoni tiegħu u kontra l-intenzjoni tal-leġiżlatur – Inammissibbiltà

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1168/2012, Artikolu 1, punt 1(a), u Artikolu 2)

    (ara l-punti 151-154)

    7. 

    Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Regoli sostantivi – Distinzjoni – Applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament Nru 1168/2012, li jemenda r-Regolament bażiku Nru 1225/2009 – Bidla tat-terminu sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Applikazzjoni għall-investigazzjonijiet pendenti – Ammissibbiltà

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1168/2012, Artikolu 1, punt 1(a), u Artikolu 2)

    (ara l-punti 156-162)

    8. 

    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq – Proċedura ta’ evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu li produttur ikun jista’ jibbenefika mill-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Qbiż mill-Kummissjoni tat-terminu previst f’dan rigward – Konsegwenzi

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(ċ))

    (ara l-punti 165-172)

    9. 

    Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Ċertezza legali – Limiti – Adozzjoni ta’ miżura tal-Unjoni ta’ natura li taffettwa l-interessi ta’ operatur ekonomiku – Operatur ekonomiku prudenti u avżat li huwa f’pożizzjoni li jipprevedi l-adozzjoni tal-imsemmija miżura – Impossibbiltà li jiġu invokati l-imsemmija prinċipji

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1168/2012)

    (ara l-punti 177, 178)

    10. 

    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Stabbiliment tar-rabta kawżali – Obbligi tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping – Effett ta’ tali fatturi fuq l-istabbiliment tar-rabta kawżali

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 3(1), (2), (5) sa (7))

    (ara l-punti 186-192, 205-208)

    11. 

    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping – Effett ta’ tali fatturi fuq id-determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 3(7) u 9(4))

    (ara l-punti 193-200, 203, 208-226)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    JingAo Solar Co. Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

    Top