Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0111

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016.
    Unitec Bio SA vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
    Dumping – Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina fl-Arġentina – Dazju antidumping definittiv – Rikors għal annullament – Inċidenza diretta – Interess individwali – Ammissibbiltà – Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Valur normali – Spejjeż tal-produzzjoni.
    Kawża T-111/14.

    Court reports – general

    Kawża T-111/14

    Unitec Bio SA

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Dumping — Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina fl-Arġentina — Dazju antidumping definittiv — Rikors għal annullament — Inċidenza diretta — Interess individwali — Ammissibbiltà — Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Valur normali — Spejjeż tal-produzzjoni”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016

    1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali – Kriterji – Regolament li jimponi dazji antidumping – Rikors ta’ esportatur tal-prodott suġġett għal dan id-dazju, imsemmi espliċitament fir-regolament – Ammissibbiltà

      (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

    2. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Użu tal-valur maħdum – Kalkolu tal-ispejjeż ta’ produzzjoni fuq il-bażi ta’ reġistri kontabbli – Deroga – Spejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott suġġett ta’ investigazzjoni li ma jkunux raġonevolment riflessi fl-imsemmija reġistri – Oneru tal-prova impost fuq l-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

      (ir-raba’ premessa tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1972/2002 u Regolament Nru 1225/2009, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(3) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 5)

    3. Rikors għal annullament – Suġġett – Annullament parzjali – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati – Dispożizzjoni ta’ regolament li timponi dazji antidumping definittivi – Annullament li jirriżulta f’bidla tas-sustanza tar-regolament

      (Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1194/2013, Artikolu 1)

    1.  Meta regolament jimponi dazju definittiv fuq ir-rikorrenti, billi jsemmiha espliċitament, dan il-fatt ikun biżżejjed fih innifsu sabiex jiġi konkluż li hemm interess individwali tagħha u tirrendi ammissibbli r-rikors tagħha għal annullament ta’ dan ir-regolament.

      (ara l-punti 30-32)

    2.  L-għan tal-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku antidumping dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea huwa li jiġi ggarantit li l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili użati fil-kuntest tal-kalkolu tal-valur normali tal-imsemmi prodott jirriflettu l-ispejjeż li produttur jinkorri fis-suq intern tal-pajjiż esportatur.

      Barra minn hekk, mill-kliem tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Antidumping bażiku jirriżulta li r-reġistri kontabbli miżmuma mill-parti taħt investigazzjoni, jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ informazzjoni għall-istabbiliment tal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott simili u li l-użu tal-informazzjoni li tidher fl-imsemmija reġistri tikkostitwixxi r-regola u l-adattament tagħhom jew is-sostituzzjoni tagħhom minn xi bażi oħra raġonevoli, l-eċċezzjoni. Din is-sistema ta’ eċċezzjoni għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv.

      Il-premessa 4 tar-Regolament Nru 1972/2002 li temenda r-Regolament antidumping bażiku preċedenti Nru 384/96, li daħħal id-dispożizzjoni li tikkorrispondi għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament antidumping bażiku f’dan tal-aħħar, tipprevedi l-possibbiltà għal riferiment għall-Artikolu 2(5) tar-Regolament antidumping bażiku b’mod partikolari fil-każ fejn il-bejgħ tal-prodott simili ma jippermettix paragun validu minħabba distorsjoni. Minn dan jirriżulta wkoll li tali sitwazzjoni tista’ b’mod partikolari tinħoloq meta tkun teżisti sitwazzjoni partikolari tas-suq, bħal dik imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament antidumping bażiku, fir-rigward ta’ prezzijiet artifiċjalment baxxi tal-prodott ikkonċernat, mingħajr madankollu ma jillimita din it-tip ta’ sitwazzjoni għal każijiet fejn teżisti leġiżlazzjoni diretta tal-prezzijiet tal-prodott simili jew tal-materja prima ewlenija ta’ dak il-prodott mill-Istat esportatur.

      Min-naħa l-oħra, miżura tal-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiż ta’ esportazzjoni ma twassalx lill-istituzzjonijiet li jeskludu, fil-kuntest tal-kalkolu tal-valur normali tal-prodott simili, il-prezzijiet tal-materja prima li jidhru fir-reġistri kontabbli tal-partijiet li huma suġġetti għall-investigazzjoni meta din tikkawża distorsjoni sinjifikattiva tal-prezzijiet tal-imsemmija materja prima. Fil-fatt, interpretazzjoni oħra tas-sistema ta’ eċezzjoni prevista fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament antidumping bażiku, tirriskja li tikkawża dannu eċċessiv għall-prinċipju li l-imsemmija reġistri jikkostitwixxu s-sors ewlieni ta’ informazzjoni għall-istabbiliment tal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-imsemmi prodott.

      Barra minn hekk, fir-rigward tal-oneru tal-prova tal-eżistenza ta’ elementi li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament antidumping bażiku, l-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw ruħhom, meta jqiesu li għandhom jeskludu l-ispejjeż tal-produzzjoni fir-reġistri kontabbli miżmuma mill-parti taħt investigazzjoni, sabiex jissostitwixxu bi prezz meqjus iktar raġonevoli, fuq provi, jew ta’ mill-inqas fuq indizzji, li jippermettilhom li jistabbilixxu l-eżistenza tal-fattur skont liema jseħħ l-aġġustament. Għaldaqstant, inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-approċċ intiż li jeskludi, fil-kuntest tal-kalkolu tal-valur normali tal-prodott simili, l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-imsemmi prodott li jidher fir-reġistri kontabbli tal-partijiet suġġetti għall-investigazzjoni jaqa’ taħt sistema ta’ eċċezzjoni, meta d-distorsjoni invokata mill-istituzzjonijiet ma hijiex konsegwenza immedjata tal-miżura Statali għall-oriġini tagħha, iżda ta’ effetti li l-imsemmija miżura hija mistennija li tipproduċi fis-suq, huma għandhom jiżguraw li jesponu l-funzjonament tas-suq inkwistjoni u juru l-effetti konkreti ta’ din il-miżura fuqu, mingħajr ma jibbażaw ruħhom f’dan ir-rigward fuq sempliċi konġetturi.

      F’dan ir-rigward, l-istħarriġ mill-Qorti Ġenerali li jillimita ruħu biss li jirrileva jekk l-elementi li fuqhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jibbażaw il-konstatazzjonijiet tagħhom huma ta’ natura li jsostnu l-konklużjonijiet li li jiġbdu minnhom ma jimpinġux fuq is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħhom fil-qasam tal-politika kummerċjali.

      (ara l-punti 42-44, 54, 56-58, 70)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 74-76)

    Top