Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0011

    Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo)

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Jannar 2015 — Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo)

    (Kawża T‑11/14)

    “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Pianissimo — Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament”

    1. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 15, 16, 27)

    2. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Karattru distintiv — Applikazzjoni ta’ kriterji tal-evalwazzjoni speċifiċi — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 17, 18)

    3. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Diċitura li għandha karattru fantażjuż (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 19)

    4. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 20)

    5. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali Pianissimo (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 22-26, 30)

    6. 

    Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità — Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punti 37-39)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Novembru 2013 (Każ R 441/2013‑4), li tikkonferma ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Pianissimo bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top