EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FJ0026

CN vs Il-Parlament

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

TAL-UNJONI EWROPEA

(L-Ewwel Awla)

26 ta’ Marzu 2015

Panagiotis Stamoulis

vs

Il-Parlament Ewropew

“Servizz pubbliku — Assistenti parlamentari akkreditati — Talba għal assistenza — Fastidju psikoloġiku”

Suġġett:

Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu P. Stamoulis jitlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Parlament Ewropew li tiċħad it-talba tiegħu għal assistenza tat‑13 ta’ Frar 2013, l-annullament tad-deċiżjoni tat‑18 ta’ Diċembru 2013 li tiċħad l-ilment tiegħu imressaq fis‑26 ta’ Awwissu 2013, kif ukoll il-kundanna tal-Parlament sabiex tħallsu s-somma ta’ EUR 7 500 għad-dannu materjali u s-somma ta’ EUR 50 000 għad-dannu morali.

Deċiżjoni:

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad impliċitament it-talba għal assistenza ta’ P. Stamoulis tat‑13 ta’ Frar 2013 hija annullata. Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat‑18 ta’ Diċembru 2013, li tiċħad l-ilment ta’ P. Stamoulis tas‑26 ta’ Awwissu 2013, hija annullata. Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil P. Stamoulis is-somma ta’ EUR 48 785.29. Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn P. Stamoulis.

Sommarju

  1. Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Sors tal-fastidju – Awtur preżunt tal-fastidju – Membru tal-Parlament Ewropew – Inklużjoni

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(1) u (2))

  2. Uffiċjali – Obbligu ta’ assistenza tal-amministrazzjoni – Implementazzjoni fil-qasam ta’ fastidju psikoloġiku – Identifikazzjoni tal-awtur tal-fastidju – Portata tal-obbligu ta’ assistenza

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 12a, 24 u 90(2); Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 31(1))

  3. Uffiċjali – Dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Portata – Talba għal assistenza li tirrigwarda allegat fastidju psikoloġiku – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjoni

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 12a u 24)

  1.  Id-drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal huma applikabbli meta l-awtur tal-fastidju jkun Membru tal-Parlament Ewropew. Filwaqt li huwa ċertament minnu li l-Artikolu 12a(1) tar-Regolamenti tal-Persunal japplika biss għall-uffiċjali, huwa minnu wkoll li l-paragrafu 2 ta’ din id-dispożizzjoni jirreferi għall-uffiċjal vittma ta’ fastidju psikoloġiku mingħajr ebda preċiżazzjoni fir-rigward tas-sors ta’ dan il-fastidju. Għalhekk il-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni ma jipprojbixxix bħala tali lill-Parlament milli jieħu azzjoni, meta l-awtur preżunt tal-fastidju jkun membru ta’ din l-istituzzjoni.

    (ara l-punt 36)

    Referenza:

    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenza CH vs Il-Parlament, F-129/12, EU:F:2013:203, punt 51

  2.  Skont ir-Regoli Interni tal-Parlament Ewropew relatati mal-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol, ladarba l-kumitat konsultattiv jiġi adit minn uffiċjal jew membru tal-persunal tal-istituzzjoni, huwa jkollu kompetenza speċifika fl-implementazzjoni, każ b’każ, tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, fejn il-kompiti tiegħu huma, qabel kollox, skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija regoli, speċifikament dawk ta’ prevenzjoni u/jew ta’ waqfien ta’ kull aġir li jirriżulta mill-fastidju, fejn f’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 7 tal-istess regoli “fl-awtonomija, indipendenza u kunfidenzjalità l-iktar kompleta”.

    B’mod partikolari, mill-Artikoli 10 u 11 tar-Regoli Interni jirriżulta li t-tressiq ta’ talba quddiem il-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju, minn kull uffiċjal jew membru tal-persunal tal-istituzzjoni, ma huwa suġġett għall-produzzjoni ta’ ebda prova prima facie li tippermetti l-konklużjoni li seħħ fastidju u li min-naħa l-oħra, ladarba jiġi adit, il-kumitat għandu l-obbligu li jwettaq il-kompiti li ġew fdati lilu mingħajr ma l-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet ikun suġġett għal kwalunkwe deċiżjoni minn qabel tal-Awtorità tal-Ħatra, sakemm l-imsemmi kumitat innifsu ma jressaqx talba quddiem l-Awtorità tal-Ħatra f’dan is-sens, b’mod partikolari skont l-Artikolu 14 tar-Regoli Interni.

    Għalhekk, minn naħa, ir-rifjut ta’ teħid ta’ kompetenza tal-Kumitat konsultattiv taħt il-pretest li l-persuna li twettaq il-fastidju preżunta ta’ assistent parlamentari akkreditat kien id-deputat ta’ riferiment tiegħu, meta tali esklużjoni ta’ kompetenza assolutament ma hijiex prevista mir-Regoli Interni, u, min-naħa l-oħra, iċ-ċaħda mill-Parlament tal-ilment tal-persuna kkonċernata li sostna li l-allegazzjonijiet ta’ fastidju fformulati minn din tal-aħħar quddiem l-imsemmi kumitat abbażi tal-Artikolu 9 tal-imsemmija regoli ma kienu ssostanzjati minn ebda prova prima facie, meta dawn l-istess regoli ma jistabbilixxu ebda kundizzjoni tali ta’ ammissibbiltà għat-teħid ta’ konjizzjoni ta’ talba min-naħa tal-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju, huma fi ksur manifest tal-imsemmija regoli.

    Minn dan jirriżulta wkoll li b’applikazzjoni tat-tielet sentenza tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Persunal l-assenza ta’ tweġiba min-naħa tal-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju għat-talba mressqa minn membru tal-persunal hija ekwivalenti għal deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda mill-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti.

    La l-għan u lanqas il-kontenut tar-Regoli Interni ma jistgħu jiġġustifikaw interpretazzjoni li tgħid li l-Kumitat konsultattiv dwar il-fastidju ma għandux kompetenza biex ikun ta’ widen għal assistent parlamentari akkredita li jqis ruħu vittma ta’ fastidju u biex teżamina talba għal assistenza mressqa f’dan ir-rigward minn dan tal-aħħar.

    Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li interpretazzjoni oħra jkollha bħala effett li ċċaħħad l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal minn kull effettività u li teqred il-protezzjoni żgurata minn din id-dispożizzjoni lill-assistenti parlamentari akkreditati kontra l-fastidju psikoloġiku li tiegħu jistgħu jkunu vittmi min-naħa ta’ deputat. Issa, riżultat bħal dan huwa f’kontradizzjoni manifesta mal-għan u l-portata ta’ din id-dispożizzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll mal-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tistabbilixxi espressament li kull ħaddiem għandu dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu.

    (ara l-punti 40 sa 43, 46 u 47)

    Referenza:

    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenza CH vs Il‑Parlament, EU:F:2013:203, punt 59

  3.  Id-dmir ta’ premura tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-membri tal-persunal tagħha kif ukoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba jfissru b’mod partikolari li, meta hija tieħu deċiżjoni dwar talba għal assistenza ta’ membru tal-persunal skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-awtorità kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jistgħu jiddeterminaw id-deċiżjoni tagħha u li, b’hekk, hija ma tiħux biss inkunsiderazzjoni l-interess tas-servizz, iżda wkoll dak tal-membru tal-persunal ikkonċernat.

    Għalhekk l-amministrazzjoni ma tistax tiċħad talba għal assistenza li tirrigwarda allegat fastidju bil-ġustifikazzjoni li l-membru tal-persunal ikkonċernat ma pproduċiex prova prima facie tal-allegazzjonijiet ifformulati meta huwa paċifiku li hija għandha elementi oħra għad-dispożizzjoni li jistgħu jikkostitwixxu indizji tal-allegat fastidju. Meta l-amministrazzjoni tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jistgħu jiddeterminaw id-deċiżjoni tagħha dwar din it-talba.

    Peress li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-informazzjoni li tikkostitwixxi indizji li jistgħu joħolqu dubji serji fir-rigward tal-punt dwar jekk il-kundizzjonijiet magħmula mill-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal kinux sodisfatti, il-Parlament mar kontra d-dmir tiegħu ta’ premura lejn il-membru tal-persunal ikkonċernat billi ċaħad it-talba tiegħu kontra ċ-ċaħda impliċita tat-talba tiegħu għal assistenza fuq is-sempliċi kunsiderazzjoni li huwa ma kienx ipproduċa prova prima facie tal-allegat fastidju u mingħajr lanqas biss eżamina jekk, fil-preżenza ta’ tali elementi, kienx hemm lok li jieħu miżuri xierqa, b’mod partikolari li jipproċedi għal investigazzjoni, sabiex jistabbilixxi, jekk ikun il-każ, ir-realtà tal-fatti li taw lok għall-ilment tiegħu u li jneħħi dubji fir-rigward tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal iċċitati iktar ’il fuq.

    (ara l-punti 51, 52, 56 u 57)

    Referenza:

    It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenza KLUG vs EMEA, F-35/07, EU:F:2008:150, punt 67; Donati vs BĊE, F‑63/09, EU:F:2012:193, punt 94, u Radelet vs Il‑Kummissjoni, F‑7/13, EU:F:2014:217, punt 97

Top