EUR-Lex Access to European Union law

?

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CO0275

Jednostka Innowacyjno-Wdrożeniowa Petrol

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba ’ Awla) tal-5 ta ’Frar 2015 —

(Kawża C‑275/14)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija — Direttiva 2003/96/KE — Artikolu 2(3) — Effett dirett — Additivi għal karburant taħt l-intestatura 3811 tan-NM”

1. 

Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku — Direttiva 2003/96 — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) — Kamp ta’ applikazzjoni — Additivi għal karburant taħt l-intestatura 3811 tan-nomenklatura magħquda — Inklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 2003/96, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3)) (ara l-punti 28-31, u d-dispożittiv 1)

2. 

Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku — Direttiva 2003/96 — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) — Effett dirett (Direttiva tal-Kunsill 2003/96, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3)) (ara l-punti 33-36, 38, u d-dispożittiv 2)

Dispożittiv

1) 

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi dazju tas-sisa fuq additivi taħt l-intestatura 3811 tan-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, f’rata differenti minn dik applikata għall-karburant li huma miżjuda miegħu.

2) 

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jiġi invokat minn individwu kontra l-amministrazzjoni nazzjonali kompetenti fil-kuntest ta’ tilwima quddiem il-qrati nazzjonali sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li hija inkompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni.

Top