Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CO0204

    Szabó

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta ’ Settembru 2014 — Szabó

    (Kawża C‑204/14) 1 ( 1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kumpannija li akkumulat dejn fiskali — Membru tal-management ta’ din il-kumpannija li ma jistax jiġi rreklutat sabiex jeżerċita funzjoni ta’ membru tal-management f’kumpannija oħra — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ntalbet l-interpretazzjoni tagħhom — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi ta’ natura ipotetika — Inammissibbiltà manifesta”

    1. 

    Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Talba għal interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni manifestament inapplikabbli fit-tilwima fil-kawża prinċipali — Tilwima dwar sitwazzjoni purament interna — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikoli 26 TFUE, 35 TFUE, 56 TFUE u 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94(a)) (ara l-punti 16-19, 23, 24)

    2. 

    Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi ġenerali jew ipotetiċi — Verifika mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-ġurisdizzjoni tagħha — Domanda preliminari ta’ natura ipotetika — Inammissibbiltà (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 26, 27)

    Dispożittiv

    1) 

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-tielet domanda magħmula mit-Tatabányai közigazgatási és munkaügyi bíróság (l-Ungerija).

    2) 

    Id-domandi l-oħra magħmula mill-imsemmija qorti huma manifestament inammissibbli.


    ( 1 ) ĠU C 245, 28.7.2014.

    Top