EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CO0159

Koela-N

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta ’ Lulju 2015 – Koela-N

(Kawża C‑159/14) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Kunċett ta’ ‘kunsinna ta’ oġġetti’ — Kundizzjoni għall-eżistenza ta’ kunsinna ta’ oġġetti — Trasferiment ta’ oġġetti mit-trasportatur direttament mill-fornitur lil persuna terza — Assenza ta’ prova ta’ pussess effettiv tal-oġġetti mill-fornitur dirett — Assenza ta’ kooperazzjoni bejn il-fornituri u l-awtoritajiet fiskali — Assenza ta’ trasbord tal-merkanzija — Provi li jiġġustifikaw suspett ta’ frodi fiskali”

1. 

Domandi preliminari — Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99) (ara l-punti 26, 27)

2. 

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Rifjut għar-raġuni ta’ assenza ta’ seħħ effettiv tal-kunsinna ta’ oġġetti, minħabba frodi u irregolaritajiet — Inammissibbiltà — Limiti — Kundizzjonijiet — Destinatarju tal-fattura li kien jaf jew kellu jkun jaf bl-eżistenza ta’ frodi — Verifika li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali — Elementi ta’ evalwazzjoni (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 14(1), 167 u 168(a)) (ara l-punti 37-40, 42-49, 55 u d-dispożittiv 1, 2)

3. 

Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punt 51)

Dispożittiv

1) 

L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tqis li kunsinna ta’ oġġetti ma twettqitx, bil-konsegwenza li tiġi ostakolata l-possibbiltà ta’ tnaqqis mill-akkwirent tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa waqt dan l-akkwist minħabba li l-imsemmi akkwirent ma rċeviex il-merkanzija li huwa xtara iżda bagħatha direttament lil persuna terza, lil liema persuna huwa biegħ mill-ġdid il-merkanzija, jew minħabba li l-fornitur dirett ta’ dan l-akkwirent ma rċeviex il-merkanzija li huwa xtara iżda bagħatha direttament lill-imsemmi akkwirent.

2) 

L-assenza ta’ kooperazzjoni tal-fornituri preċedenti ta’ persuna taxxabbli fil-katina kummerċjali mal-awtoritajiet fiskali u l-assenza ta’ trasbord tal-merkanzija kkonċernata ma jikkostitwixxux, minnhom innifishom, provi oġġettivi suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt tagħha għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud kienet involuta fi frodi fiskali. Madankollu, dawn iż-żewġ ċirkustanzi huma provi oġġettivi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali tal-fatti u taċ-ċirkustanzi kollha, sabiex jiġi stabbilit jekk l-imsemmija persuna taxxabbli kinitx taf jew kellhiex tkun taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt tagħha għal tnaqqis kienet involuta fi frodi fiskali.


( 1 ) ĠU C 175, 10.6.2014.

Top