This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CO0122
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2016.
Aktiv Kapital Portfolio AS, Oslo, succursale à Zug, anciennement Aktiv Kapital Portfolio Invesment vs Angel Luis Egea Torregrosa.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Proċedura għal ordni ta’ ħlas – Proċedura ta’ eżekuzzjoni – Kompetenza tal-qorti nazzjonali tal-eżekuzzjoni sabiex tqajjem ex officio n-nullità tal-klawżola inġusta – Prinċipju ta’ effettività – Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata.
Kawża C-122/14.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta ’ Ġunju 2016 –
Aktiv Kapital Portfolio
(Kawża C‑122/14) ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Proċedura għal ordni ta’ ħlas — Proċedura ta’ eżekuzzjoni — Kompetenza tal-qorti nazzjonali tal-eżekuzzjoni sabiex tqajjem ex officio n-nullità tal-klawżola inġusta — Prinċipju ta’ effettività — Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata”
1. |
Domandi preliminari — Risposta li tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza — Applikazzjoni tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 99) (ara l-punti 22, 23) |
2. |
Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13 — Proċedura għal ordni ta’ ħlas — Assenza ta’ possibbiltà għall-qorti nazzjonali adita bl-eżekuzzjoni ta’ digriet ta’ ordni ta’ ħlas li tevalwa ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt suġġett għall-evalwazzjoni tagħha, fl-assenza ta’ oppożizzjoni għall-ordni magħmula mill-konsumatur — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju ta’ effettività — Res judicata marbuta mal-imsemmi digriet — Assenza ta’ effett (Direttiva tal-Kunsill 93/13) (ara l-punti 26-39 u d-dispożittiv) |
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lill-qorti li hija mitluba tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni ta’ digriet għal ordni ta’ ħlas tevalwa ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur li wassal għal dan id-digriet, minkejja li jkollha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt neċessarji għal dan ir-rigward, peress li fl-assenza ta’ oppożizzjoni mill-konsumatur għall-ordni, il-qorti li tkun tat dan id-digriet ma tkunx kompetenti biex tipproċedi b’tali evalwazzjoni.
( 1 ) ĠU C 159, 26.5.2014