This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CJ0603
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015.
El Corte Inglés, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
Appell – Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark vebali ‘The English Cut’ – Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi li jinkludu l-elementi verbali ‘El Corte Inglés’ – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(5) – Riskju li l-pubbliku kkonċernat jagħmel konnessjoni ma’ trade mark li tibbenefika minn reputazzjoni – Grad ta’ xebh meħtieġ.
Kawża C-603/14 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015.
El Corte Inglés, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
Appell – Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark vebali ‘The English Cut’ – Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi li jinkludu l-elementi verbali ‘El Corte Inglés’ – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(5) – Riskju li l-pubbliku kkonċernat jagħmel konnessjoni ma’ trade mark li tibbenefika minn reputazzjoni – Grad ta’ xebh meħtieġ.
Kawża C-603/14 P.
Court reports – general
Kawża C‑603/14 P
El Corte Inglés SA
vs
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
“Appell — Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark vebali ‘The English Cut’ — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi li jinkludu l-elementi verbali ‘El Corte Inglés’ — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(5) — Riskju li l-pubbliku kkonċernat jagħmel konnessjoni ma’ trade mark li tibbenefika minn reputazzjoni — Grad ta’ xebh meħtieġ”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015
Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament
(Art. 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Grad ta’ xebh meħtieġ
(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b) u (5))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 31)
Peress li ma jirriżulta la mill-formulazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u lanqas mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-kunċett ta’ xebh għandu sens differenti f’kull wieħed minn dawn il-paragrafi, minn dan jirriżulta, b’mod partikolari, li, meta fl-eżami tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) ta’ dan ir-regolament, il-Qorti Ġenerali ssib li ma jeżistix xebh bejn is-sinjali f’kunflitt, l-Artikolu 8(5) huwa neċessarjament, huwa wkoll, inapplikabbli f’dan il-każ. Għall-kuntrarju, meta il-Qorti Ġenerali tikkunsidra, fil-kuntest ta’ dan l-istess eżami, li jeżisti ċertu xebh bejn is-sinjali f’kunflitt, tali konstatazzjoni tapplika wkoll għall-applikazzjoni kemm tal-Artikolu 8(1)(b) kif ukoll tal-Artikolu 8(5) tal-imsemmi regolament.
Madankollu, fis-sitwazzjoni fejn il-grad tax-xebh inkwistjoni ma jkunx biżżejjed biex iwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, minn dan ma jistax jiġi dedott li l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) ta’ dan l-artikolu hija neċessarjament eskluża.
Fil-fatt, il-grad ta’ xebh bejn is-sinjali f’kunflitt meħtieġ mill-ewwel jew mit-tieni paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni huma differenti. Filwaqt li l-implementazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 hija suġġetta għall-konstatazzjoni ta’ grad ta’ xebh bejn dawn is-sinjali li huma suxxettibbli li joħolqu, f’moħħ il-pubbliku kkonċernat, probabbiltà ta’ konfużjoni bejniethom, l-eżistenza ta’ tali riskju ma hijiex, min-naħa l-oħra, meħtieġa bħala kundizzjoni ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(5).
Peress li l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 jeżiġi biss li x-xebh eżistenti jkun suxxettibbli li jwassal lill-pubbliku kkonċernat mhux sabiex iħawwad is-sinjali f’kunflitt, iżda sabiex jagħmel konnessjoni bejniethom, jiġifieri jistabbilixxi rabta bejniethom, għandu jiġi konkluż li l-protezzjoni li tipprovdi din id-dispożizzjoni favur trade marks magħrufa hija tali li tapplika anki meta s-sinjali f’kunflitt ikollhom grad ta’ xebh minimu
Minn dan isegwi li, fl-ipoteżi fejn l-eżami tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 juri ċertu xebh bejn is-sinjali f’kunflitt, hija l-Qorti Ġenerali li għandha, sabiex tiddetermina, din id-darba, jekk il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) humiex issodisfatti, teżamina jekk, minħabba l-preżenza ta’ fatturi oħra relevanti, bħall-popolarità jew ir-reputazzjoni ta’ trade mark preċedenti, il-pubbliku kkonċernat huwiex suxxettibbli li jistabbilixxi rabta bejn dawn is-sinjali
Fl-aħħar nett, anki fl-ipoteżi li l-Qorti Ġenerali, wara li tkun wettqet l-eżami dwar l-eżistenza ta’ possibbli rabta bejn is-sinjali f’kunflitt, tasal għall-konklużjoni li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 ma kinux issodisfatti minħabba li kien jirriżulta mill-eżami tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) li l-konsumaturi kkonċernati ma kinux f’pożizzjoni li jagħmlu konnessjoni kunċettwali immedjata bejn is-sinjali f’kunflitt, tali motiv huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi. Fil-fatt, il-ħsarat imsemmija fl-Artikolu 8(5) ta’ dan ir-regolament ma jeħtiġux li l-konnessjoni li jista’ jagħmel il-konsumatur bejn is-sinjali f’kunflitt tkun immedjata.
(ara l-punti 39-43, 50)