Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62014CJ0482

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2017.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji – Direttiva 91/440/KEE – Artikolu 6(1) – Grupp Deutsche Bahn – Ftehimiet ta’ trasferiment ta’ profitti – Projbizzjoni ta’ trasferiment lis-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-għajnuna pubblika allokata għall-finijiet ta’ operat tal-infrastruttura ferrovjarja – Obbligi ta’ kontabbiltà – Direttiva 91/440/KEE – Artikolu 9(4) – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Artikolu 6(1) – Punt 5 tal-anness – Obbligi ta’ kontabbiltà – Preżentazzjoni kuntratt b’kuntratt tal-għajnuna pubblika mħallsa għall-attivitajiet relatati mal-provvista ta’ servizzi tat-trasport ta’ passiġġieri abbażi tal-funzjonijiet ta’ servizz pubbliku.
Kawża C-482/14.

Krājums – vispārīgi

Kawża C-482/14

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji – Direttiva 91/440/KEE – Artikolu 6(1) – Grupp Deutsche Bahn – Ftehimiet ta’ trasferiment ta’ profitti – Projbizzjoni ta’ trasferiment lis-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-għajnuna pubblika allokata għall-finijiet ta’ operat tal-infrastruttura ferrovjarja – Obbligi ta’ kontabbiltà – Direttiva 91/440/KEE – Artikolu 9(4) – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Artikolu 6(1) – Punt 5 tal-anness – Obbligi ta’ kontabbiltà – Preżentazzjoni kuntratt b’kuntratt tal-għajnuna pubblika mħallsa għall-attivitajiet relatati mal-provvista ta’ servizzi tat-trasport ta’ passiġġieri abbażi tal-funzjonijiet ta’ servizz pubbliku”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2017

  1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Rikors promotur–Dikjarazzjoni tal-ilmenti u tal-motivi–Rekwiżiti formali–Espożizzjoni koerenti u ddettaljata–Ammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(c))

  2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu–Suġġett tat-tilwima–Determinazzjoni matul il-proċedura prekontenzjuża–Adattament minħabba bidla fid-dritt tal-Unjoni–Ilmenti inizjali bbażati fuq il-ksur tad-Direttiva 2012/34, li ħassret id-Direttivi 91/440 u 2001/14–Rettifika retroattiva tad-data ta’ dħul fis-seħħ tat-tħassir tad-Direttivi 91/440 u 2001/14–Rettifika mwettqa wara l-preżentata tar-rikors–Adattament tal-ilmenti fir-replika–Ammissibbiltà

    (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/14 u 2012/34; Direttiva tal-Kunsill 91/440)

  3. Trasport–Politika komuni–Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji–Separazzjoni bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u l-attività ta’ trasport–Obbligi ta’ kontabbiltà tal-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ trasport ferrovjarju u li jamministraw infrastrutturi ferrovjarji–Trattament kontabbli tal-għajnuna pubblika li jippermetti l-monitoraġġ kontabbli tagħha –Obbligu ta’ pubblikazzjoni tal-kontijiet–(Direttiva tal-Kunsill 91/440, Artikolu 6(1))

  4. Trasport–Politika komuni–Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji–Separazzjoni bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u l-attività ta’ trasport–Projbizzjoni ta’ trasferiment tal-għajnuna pubblika bejn dawn iż-żewġ attivitajiet

    (Direttiva tal-Kunsill 91/440, Artikolu 6(1))

  5. Trasport–Trasport ferrovjarju–Direttiva 2001/14–Tqassim tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura ferrovjarja u tarifikazzjoni–Tarifikazzjoni tal-infrastruttura–Allokazzjoni tad-dħul iġġenerat mill-użu tal-infrastruttura

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/14, Artikolu 7(1))

  6. Trasport–Politika komuni–Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji–Impriża ferrovjarja ta’ trasport ta’ passiġġieri li tipprovdi kemm servizzi abbażi tal-funzjonijiet ta’ servizz pubbliku kif ukoll servizzi oħra–Obbligu ta’ separazzjoni tal-kontijiet tad-diversi blokok ta’ attivitajiet–Portata

    (Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, Artikolu 6 u Artikolu 9(4); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1370/2007, Artikolu 6(1) u l-ewwel u l-aħħar inċiż tal-punt 5 tal-anness).

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 39-44)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 47-51)

  3.  Sabiex tiġi żgurata s-separazzjoni bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u l-attività ta’ trasport ferrovjarju, b’tali mod li, b’mod partikolari, l-għajnuna pubblika mħallsa għal waħda minn dawn iż-żewġ attivitajiet ma tkunx tista’ tiġi ttrasferita minn waħda għall-oħra, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/440, dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità, jimponi ż-żamma ta’ kontijiet tal-qligħ u telf u tal-karti tal-bilanċ separati kif ukoll il-pubblikazzjoni tal-kontijiet relatati maż-żewġ attivitajiet inkwistjoni. Fir-rigward b’mod partikolari tal-għajnuna pubblika, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jimponi fuq l-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ trasport ferrovjarju u li jamministraw l-infrastrutturi ferrovjarji mhux biss l-obbligu li jirreġistraw dawn il-fondi fil-kontijiet, sabiex jippermetti l-monitoraġġ kontabbli tagħhom, iżda wkoll li jippubblikaw dawn il-kontijiet sabiex, b’mod partikolari, tiġi żgurata l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-imsemmija fondi, li trid tippermetti l-verifikazzjoni oġġettiva tal-assenza ta’ sussidji reċiproċi bejn l-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji u tat-trasport ferrovjarju. Fil-fatt, l-għan imfittex mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/440 ma huwiex biss dak ta’ trattament kontabbli preċiż li jippermetti b’mod partikolari li jiġu identifikati l-għajnuna pubblika li ġew irċevuti mill-impriżi ferrovjarji, iżda wkoll dak ta’ trasparenza esterna tal-użu ta’ din l-għajnuna.

    Għaldaqstant, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/440 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li l-obbligi tal-impriżi ferrovjarji huma limitati biss għar-reġistrazzjoni fil-kontabbiltà tagħhom tal-għajnuna pubblika li jirċievu, u dan anki jekk tali reġistrazzjoni hija ta’ natura li tippermetti, fuq il-pjan tal-kontabbiltà interna ta’ dawn il-kumpanniji, li jitwettaq il-monitoraġġ tal-projbizzjoni ta’ trasferimenti ta’ din l-għajnuna.

    (ara l-punti 61-65, 68)

  4.  B’applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/440, dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità, huma pprojbiti t-trasferimenti ta’ għajnuna pubblika mħallsa għal attività ta’ ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja għal attivitajiet ta’ provvista tat-trasport ferrovjarju u viċe-versa.

    In-nuqqas ta’ osservanza ta’ tali projbizzjoni jippreżupponi għalhekk, minn naħa, li hemm trasferiment ta’ għajnuna pubblika u, min-naħa l-oħra, li dan it-trasferiment serva għall-benefiċċju ta’ attività oħra minbarra dik li għaliha kienu ġew allokati l-fondi.

    (ara l-punti 81, 82)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 100-103)

  6.  Fir rigward tal-kontabbiltà tal-fondi mħallsa lill-operaturi ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri li joperaw kemm attivitajiet ikkumpensati, suġġetti għal obbligi tas-servizz pubbliku kif ukoll attivitajiet oħra, la l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 91/440, dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità, u lanqas l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1370/2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, moqri flimkien mal-punt 5 tal-anness, ma jimponu fuq l-imesmmija operaturi l-obbligu li jidentifikaw b’mod individwalizzat, kuntratt b’kuntratt, il-fondi pubbliċi mħallsa għall-attivitajiet ta’ servizz pubbliku tagħhom. Għall-kuntrarju, dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet jimponu fuq tali operaturi biss obbligu ta’ separazzjoni tal-kontabbiltà tad-diversi blokok ta’ attivitajiet tagħhom.

    Għalhekk, l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 91/440 jeżiġi, fil-qasam tal-kontabbiltà tal-fondi mħallsa għall-attivitajiet relatati mal-provvista ta’ servizzi tat-trasport ta’ passiġġieri abbażi tal-funzjonijiet ta’ servizz pubbliku, li jisseparaw, minn naħa, l-attivitajiet tagħhom ta’ trasport tal-passiġġieri żgurati abbażi ta’ dawn l-obbligi ta’ servizz pubbliku u, min-naħa l-oħra, l-attivitajiet l-oħra tagħhom li jinkludu s-servizzi l-oħra ta’ trasport. L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1370/2007 moqri flimkien mal-punt 5 tal-anness ta’ dan ir-regolament jeżiġi, min-naħa tiegħu, separazzjoni tal-kontabbiltà bejn l-attivitajiet tat-trasport pubbliku li huwa s-suġġett ta’ kumpens għall-obbligi ta’ servizz pubbliku u dawk li ma humiex suġġetti għal dan.

    Huwa dan l-istess rekwiżit ta’ separazzjoni tal-kontabbiltà tal-blokok ta’ attivitajiet li jiggwida l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/440, fir-rigward tal-kontabbiltà tal-attivitajiet ta’ provvista ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju u ta’ ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja.

    (ara l-punti 126-130)

Augša