Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0468

    Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa ’ Awla) tas-16 ta ’ Lulju 2015 –

    Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka

    (Kawża C‑468/14) ( 1 )

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2001/37/KE — Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk — Artikoli 2(4) u 8 — Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tat-tabakki għall-użu orali — ‘Snus’ (tabakk li wieħed isoff) sfuż”

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 28)

    Dispożittiv

    1) 

    Billi kompla jawtorizza l-bejgħ tas-“snus” (tabakk li wieħed isoff) sfuż, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 2(4) u 8 tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk.

    2) 

    Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 439, 08.12.2014.

    Top