Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0421

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017.
    Banco Primus SA vs Jesús Gutiérrez García.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Kuntratti konklużi bejn bejjiegħa jew fornituri u konsumaturi – Klawżoli inġusti – Kuntratti ta’ self ipotekarju – Proċedura ta’ sekwestru ta’ proprjetà ipotekata – Terminu ta’ dekadenza – Funzjoni tal-qrati nazzjonali – Awtorità ta’ res judicata.
    Kawża C-421/14.

    Court reports – general

    Kawża C-421/14

    Banco Primus SA

    vs

    Jesús Gutiérrez García

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Santander)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Kuntratti konklużi bejn bejjiegħa jew fornituri u konsumaturi – Klawżoli inġusti – Kuntratti ta’ self ipotekarju – Proċedura ta’ sekwestru ta’ proprjetà ipotekata – Terminu ta’ dekadenza – Funzjoni tal-qrati nazzjonali – Awtorità ta”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Jannar 2017

    1. Domandi preliminari–Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja–Limiti–Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli–Domandi mhux relatati mas-suġġett tal-kawża prinċipali–Assenza ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Protezzjoni tal-konsumaturi–Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi–Direttiva 93/13–Għan

      (Direttiva tal-Kunsill 93/13)

    3. Protezzjoni tal-konsumaturi–Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi–Direttiva 93/13–Obbligu għall-qorti nazzjonali li teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt suġġett għall-evalwazzjoni tagħha–Portata

      (Direttiva tal-Kunsill 93/13)

    4. Proċedura ġudizzjarja–Awtorità ta’ res judicata–Portata

    5. Dritt tal-Unjoni Ewropea–Prinċipji–Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva–Portata–Dritt ta’ aċċess għal diversi livelli ta’ ġurisdizzjoni–Assenza

    6. Protezzjoni tal-konsumaturi–Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi–Direttiva 93/13–Proċedura ta’ sekwestru ipotekarju–Proċedura pendenti fid-data tal-adozzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali tranżitorja li tipprevedi terminu ta’ dekadenza sabiex issir oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni forzata–Terminu li jibda jiddekorri mill-ġurnata ta’ wara dik tal-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni–Inammissibbiltà

      (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 6 u 7)

    7. Protezzjoni tal-konsumaturi–Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi–Direttiva 93/13–Proċedura ta’ sekwestru ipotekarju–Assenza ta’ possibbiltà għall-qorti nazzjonali li teżamina mill-ġdid ex officio n-natura inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt ta’ self li diġà kien is-suġġett ta’ deċiżjoni li għandha l-awtorità ta’ res judicata–Ammissibbiltà–Limiti

      (Direttiva tal-Kunsill 93/13)

    8. Protezzjoni tal-konsumaturi–Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi–Direttiva 93/13–Klawżola inġusta fis-sens tal-Artikolu 3–Evalwazzjoni tan-natura inġusta mill-qorti nazzjonali–Kriterji

      (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 3(1) u (4))

    9. Protezzjoni tal-konsumaturi–Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi–Direttiva 93/13–Konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola–Portata–Obbligu għall-qorti nazzjonali li tislet ex officio il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-imsemmija konstatazzjoni–Bejjiegħ jew fornitur li ma jkunx applika l-klawżola kkonċernata u li jkun aġixxa konformement mad-dritt nazzjonali–Assenza ta’ effett

      (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 3(1) u (7))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 29, 30, 33, 56)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 40, 41, 51)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 43, 51)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 46)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 48)

    6.  L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali, bħar-raba’ dispożizzjoni tranżitorja tal-Ley 1/2013, de medidas para reforzar la protección a los deudores hipotecarios, reestructuración de deuda y alquiler social (Liġi 1/2013, dwar miżuri intiżi sabiex isaħħu l-protezzjoni tad-debituri ipotekarji, ir-ristrutturazzjoni tad-dejn u l-kirjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali), tal-14 ta’ Mejju 2013, li tissuġġetta l-eżerċizzju mill-konsumaturi, li fir-rigward tagħhom tkun infetħet proċedura ta’ sekwestru ipotekarju li iżda ma tkunx ingħalqet qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ tal-liġi li tkopri lil din id-dispożizzjoni, tad-dritt tagħhom ta’ oppożizzjoni għal din il-proċedura fuq il-bażi tan-natura allegatament inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali, għal terminu ta’ dekadenza ta’ xahar, li jibda mill-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni ta’ din il-liġi.

      (ara l-punt 54 u d-dispożittiv 1)

    7.  Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix regola nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 207 tal-Ley 1/2000, de Enjuiciamiento Civil (Liġi 1/2000 dwar il-kodiċi ta’ proċedura ċivili), tas-7 ta’ Jannar 2000, kif emendat bil-Ley 1/2013, de medidas para reforzar la protección a los deudores hipotecarios, reestructuración de deuda y alquiler social (Liġi 1/2013, dwar miżuri intiżi sabiex isaħħu l-protezzjoni tad-debituri ipotekarji, ir-ristrutturazzjoni tad-dejn u l-kirjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali), tal-14 ta’ Mejju 2013, u sussegwentement mir-Real Decreto-Ley 7/2013, de medidas urgentes de naturaleza tributaria, presupuestaria y de fomento de la investigación, el desarrollo y la innovación (Digriet Liġi 7/2013, dwar miżuri ta’ natura fiskali u baġitarji urġenti u li jippromwovi r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni), tat-28 ta’ Ġunju 2013, sussegwentement mir-Real Decreto-ley 11/2014, de medidas urgentes en materia concursal (Digriet Liġi 11/2014, dwar miżuri urġenti fil-qasam ta’ falliment), tal-5 ta’ Settembru 2014, li tipprojbixxi lill-qorti nazzjonali milli teżamina mill-ġdid ex officio n-natura inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt, meta diġà tkun ingħatat deċiżjoni dwar il-legalità tal-klawżoli kollha ta’ dan il-kuntratt fid-dawl ta’ din id-direttiva permezz ta’ deċiżjoni li għandha l-awtorità ta’ res judicata.

      Għall-kuntrarju, fil-każ ta’ klawżola waħda jew diversi klawżoli kuntrattwali li n-natura possibbilment inġusta tagħhom ma tkunx ġiet eżaminata waqt stħarriġ ġudizzjarju preċedenti tal-kuntratt kontenzjuż magħluq permezz ta’ deċiżjoni li għandha l-awtorità ta’ res judicata, id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qorti nazzjonali, regolarment adita mill-konsumatur permezz ta’ oppożizzjoni inċidentali, hija obbligata tevalwa, fuq talba tal-partijiet jew ex officio, in-natura possibbilment inġusta tal-klawżoli, sakemm ikollha l-elementi ta’ dritt u ta’ fatt neċessarji għal dan il-għan.

      (ara l-punti 49, 52, 54 u d-dispożittiv 2)

    8.  L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

      l-eżami tan-natura possibbilment inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur jimplika d-determinazzjoni ta’ jekk din toħloqx, għad-detriment tal-konsumatur, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għall-kuntratt. Dan l-eżami għandu jsir fid-dawl tar-regoli nazzjonali li, fl-assenza ta’ ftehim bejn il-partijiet, isiru applikabbli, tal-mezzi li l-konsumatur għandu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, sabiex iwaqqaf l-użu ta’ dan it-tip ta’ klawżoli, tan-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt inkwistjoni kif ukoll taċ-ċirkustanzi kollha tal-konklużjoni tiegħu;

      meta l-qorti tar-rinviju tikkunsidra li klawżola kuntrattwali dwar il-metodu ta’ kalkolu tal-interessi ordinarji, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ġietx redatta b’mod ċar u li tinftiehem fis-sens tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, hija għandha teżamina jekk din il-klawżola hijiex inġusta fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva. Fil-kuntest ta’ dan l-eżami, din il-qorti għandha b’mod partikolari tqabbel il-metodu ta’ kalkolu tar-rati tal-interessi ordinarji previsti minn din il-klawżola u l-ammont effettiv li jirriżulta minn din ir-rata flimkien mal-metodi ta’ kalkolu normalment adottati u r-rata ta’ interessi legali kif ukoll ir-rati ta’ interessi applikati fis-suq fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali għal self ta’ ammont u ta’ terminu ekwivalenti għal dawk tal-kuntratt ta’ self ikkunsidrat, u

      fir-rigward tal-evalwazzjoni minn qorti nazzjonali tan-natura possibbilment inġusta tal-klawżola dwar l-iskadenza tat-terminu minħabba nuqqasijiet tad-debitur li jwettaq l-obbligi tiegħu matul perijodu limitat, din il-qorti għandha tivverifika jekk il-possibbiltà mogħtija lill-bejjiegħ jew lill-fornitur li jiddikjara eżiġibbli l-ammont kollu tas-somma mislufa tiddependix min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni min-naħa tal-konsumatur ta’ obbligu li jkun ta’ natura essenzjali fil-kuntest tar-relazzjoni kuntrattwali inkwistjoni, jekk din il-possibbiltà hijiex prevista għall-każijiet fejn tali nuqqas ta’ eżekuzzjoni jkun ta’ natura suffiċjentement gravi meta kkunsidrat fir-rigward tat-tul u tal-ammont tas-self, jekk l-imsemmija possibbiltà tidderogax mir-regoli ta’ dritt komuni applikabbli f’dan il-qasam fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi u jekk id-dritt nazzjonali jipprevedix mezzi adegwati u effettivi li permezz tagħhom il-konsumatur, suġġett għall-applikazzjoni ta’ tali klawżola, ikun jista’ jirrimedja għall-effetti tal-imsemmija eżiġibbiltà tas-self.

      (ara l-punti 64-67 u d-dispożittiv 3)

    9.  Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi interpretazzjoni ġurisprudenzjali ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tirregola l-klawżoli ta’ skadenza tat-terminu tal-kuntratti ta’ self, bħall-Artikolu 693(2) tal-Liġi 1/2000, kif emendata bid-Digriet Liġi 7/2013, li tipprojbixxi lill-qorti nazzjonali li kkonstatat in-natura inġusta ta’ tali klawżola kuntrattwali milli tiddikjaraha nulla u milli tiskartaha meta, fil-fatt, il-bejjiegħ jew fornitur ma kienx applikaha, iżda kkonforma ruħu mal-kundizzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali.

      Għalhekk, u sabiex ikun żgurat l-effett dissważiv tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13, il-prerogattivi tal-qorti nazzjonali li tikkonstata l-preżenza ta’ klawżola inġusta, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, ma jistgħux jiddependu fuq l-applikazzjoni jew le, fil-fatti, ta’ din il-klawżola. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li d-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li, ladarba l-qorti nazzjonali tkun ikkonstatat in-natura “inġusta”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn konsumatur u bejjiegħ jew fornitur, il-fatt li din il-klawżola ma tkunx ġiet eżegwita ma jistax, waħdu, jipprekludi lill-qorti nazzjonali milli tislet il-konsegwenzi kollha tan-natura inġusta tal-imsemmija klawżola (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-11 ta’ Ġunju 2015, Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, C-602/13, mhux ippubblikat, EU:C:2015:397, punti 5054).

      (ara l-punti 73, 75 u d-dispożittiv 4)

    Top