This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CJ0418
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016.
ROZ-ŚWIT Zakład Produkcyjno-Handlowo-Usługowy Henryk Ciurko, Adam Pawłowski spółka jawna vs Dyrektor Izby Celnej we Wrocławiu.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dazji tas-sisa – Direttiva 2003/96/KE – Rata tas-sisa differenti għall-karburanti u għall-kombustibbli – Kundizzjoni ta’ applikazzjoni tar-rata għall-kombustibbli – Preżentazzjoni ta’ sommarju ta’ kull xahar ta’ dikjarazzjonijiet li skonthom il-prodotti mixtrija huma intiżi għal finijiet ta’ tisħin – Applikazzjoni tar-rata tas-sisa prevista għall-karburanti fil-każ ta’ assenza ta’ preżentazzjoni ta’ dan is-sommarju – Prinċipju ta’ proporzjonalità.
Kawża C-418/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016.
ROZ-ŚWIT Zakład Produkcyjno-Handlowo-Usługowy Henryk Ciurko, Adam Pawłowski spółka jawna vs Dyrektor Izby Celnej we Wrocławiu.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dazji tas-sisa – Direttiva 2003/96/KE – Rata tas-sisa differenti għall-karburanti u għall-kombustibbli – Kundizzjoni ta’ applikazzjoni tar-rata għall-kombustibbli – Preżentazzjoni ta’ sommarju ta’ kull xahar ta’ dikjarazzjonijiet li skonthom il-prodotti mixtrija huma intiżi għal finijiet ta’ tisħin – Applikazzjoni tar-rata tas-sisa prevista għall-karburanti fil-każ ta’ assenza ta’ preżentazzjoni ta’ dan is-sommarju – Prinċipju ta’ proporzjonalità.
Kawża C-418/14.
Court reports – general
Kawża C‑418/14
ROZ-ŚWIT Zakład Produkcyjno-Handlowo-Usługowy Henryk Ciurko, Adam Pawłowski spółka jawna
vs
Dyrektor Izby Celnej we Wrocławiu
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dazji tas-sisa — Direttiva 2003/96/KE — Rata tas-sisa differenti għall-karburanti u għall-kombustibbli — Kundizzjoni ta’ applikazzjoni tar-rata għall-kombustibbli — Preżentazzjoni ta’ sommarju ta’ kull xahar ta’ dikjarazzjonijiet li skonthom il-prodotti mixtrija huma intiżi għal finijiet ta’ tisħin — Applikazzjoni tar-rata tas-sisa prevista għall-karburanti fil-każ ta’ assenza ta’ preżentazzjoni ta’ dan is-sommarju — Prinċipju ta’ proporzjonalità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Portata – Osservanza mill-Istati Membri fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija mid-direttivi tal-Unjoni
Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Tassazzjoni fuq prodotti enerġetiċi u fuq l-elettriku – Direttiva 2003/96 – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu għall-bejjiegħa ta’ kombustibbli li jippreżentaw sommarju ta’ kull xahar ta’ dikjarazzjonijiet li juru l-użu tal-prodotti mixtrija għal finijiet ta’ tisħin – Ammissibbiltà – Applikazzjoni, fin-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ tali sommarju, tar-rata tas-sisa prevista għall-karburanti – Inammissibbiltà
(Direttiva tal-Kunsill 2003/96)
Stati Membri – Kompetenzi rriżervati – Qasam tas-sanzjonijiet fil-qasam fiskali – Obbligu li din il-kompetenza tiġi eżerċitata b’rispett tad-dritt tal-Unjoni u tal-prinċipji ġenerali tagħha
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 20)
Id-Direttiva 2003/96, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
— |
dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-bejjiegħa ta’ kombustibbli huma obbligati jippreżentaw, f’terminu stabbilit, sommarju ta’ kull xahar ta’ dikjarazzjonijiet li jindikaw li l-prodotti mixtrija huma intiżi għal finijiet ta’ tisħin u |
— |
dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha, fin-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ tali sommarju fit-terminu stabbilit, ir-rata tas-sisa prevista għall-karburanti għandha tiġi applikata għall-kombustibbli mibjugħ, minkejja li jkun ġie kkonstatat li ma hemm l-ebda dubju dwar l-użu intiż ta’ dan il-prodott għal finijiet ta’ tisħin. |
Fil-fatt, minn naħa, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri u tal-mekkaniżmi li għandhom jadottaw bl-għan li jipprevenu l-evażjoni u l-frodi fiskali marbuta mal-bejgħ ta’ kombustibbli, u peress li obbligu li wieħed jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti sommarju tad-dikjarazzjonijiet tax-xerrejja ma huwiex ta’ natura manifestament sproporzjonata, għandu jitqies li tali obbligu jikkostitwixxi miżura xierqa sabiex tali għan jintlaħaq u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq.
Min-naħa l-oħra, għall-kuntrarju, dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li permezz tagħha, fin-nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ sommarju tad-dikjarazzjonijiet tax-xerrejja fit-termini stabbiliti, ir-rata tas-sisa prevista għall-karburanti tkun awtomatikament applikata għall-kombustibbli anki jekk dawn jintużaw bħala tali, tmur kontra l-istruttura ġenerali u l-għan tad-Direttiva 2003/96, li huma bbażati fuq il-prinċipju li l-prodotti ta’ enerġija huma ntaxxati skont l-użu reali tagħhom. Barra minn hekk, tali applikazzjoni awtomatika tar-rata tas-sisa prevista għall-karburanti fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ preżentazzjoni ta’ tali sommarju tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, il-fatt li għall-kombustibbli tiġi applikata r-rata tas-sisa prevista għall-karburanti minħabba ksur ta’ dan l-obbligu, meta ma jkun hemm ebda dubju fir-rigward tal-użu intiż ta’ dawn il-prodotti għal finijiet ta’ tisħin, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-prevenzjoni tal-evażjoni u tal-frodi fiskali.
(ara l-punti 25, 26, 33‑35, 39, 42 u d-dispożittiv)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 40)