Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0397

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ April 2016.
Polkomtel sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Direttiva 2002/22/KE – Artikolu 28 – Numri mhux ġeografiċi – Aċċess tal-utenti finali residenti fl-Istat Membru tal-operatur għas-servizzi li jużaw numri mhux ġeografiċi – Direttiva 2002/19/KE – Artikoli 5, 8 u 13 – Setgħat u responsabbiltajiet ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-aċċess u l-interkonnessjoni – Impożizzjoni, modifika jew tneħħija ta’ obbligi – Impożizzjoni ta’ obbligi fuq impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali – Kontroll tal-prezzijiet – Impriża li ma għandhiex saħħa sinjifikattiva fis-suq – Direttiva 2002/21/KE – Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi – Deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ kooperazzjoni u l-modalitajiet tal-impożizzjoni ta’ tariffi għas-servizzi bejn impriżi.
Kawża C-397/14.

Court reports – general

Kawża C‑397/14

Polkomtel sp. z o.o.

vs

Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 28 — Numri mhux ġeografiċi — Aċċess tal-utenti finali residenti fl-Istat Membru tal-operatur għas-servizzi li jużaw numri mhux ġeografiċi — Direttiva 2002/19/KE — Artikoli 5, 8 u 13 — Setgħat u responsabbiltajiet ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-aċċess u l-interkonnessjoni — Impożizzjoni, modifika jew tneħħija ta’ obbligi — Impożizzjoni ta’ obbligi fuq impriżi li jikkontrollaw l-aċċess għall-utenti finali — Kontroll tal-prezzijiet — Impriża li ma għandhiex saħħa sinjifikattiva fis-suq — Direttiva 2002/21/KE — Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi — Deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ kooperazzjoni u l-modalitajiet tal-impożizzjoni ta’ tariffi għas-servizzi bejn impriżi”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal‑14 ta’ April 2016

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Servizz universali u drittijiet tal-utenti – Direttiva 2002/22 – Aċċess għan-numri u għas-servizzi ta’ kommunikazzjoni elettroniċi – Numri mhux ġeografiċi – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għal operatur li jiżgura l-aċċess għan-numri mhux ġeografiċi fit-territorju nazzjonali għall-utenti finali kollha tan-netwerk tiegħu u mhux għal dawk tal-Istati Membri l-oħrajn biss – Ammissibbiltà

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/22, Artikolu 28)

  2. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità ta’ deċiżjoni preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Preżunzjoni ta’ rilevanza tad-domandi magħmula

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Servizz universali u drittijiet tal-utenti – Direttiva 2002/22 – Setgħat u responsabbiltajiet ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali – Direttiva 2002/19 – Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn impriżi – Direttiva 2002/21 – Setgħa tal-awtorità regolatorja nazzjonali li timponi fuq operatur kemm l-obbligu li jiżgura għall-utenti finali l-aċċess għas-servizzi li jużaw numri mhux ġeografiċi pprovduti fuq in-netwerk ta’ operatur ieħor kif ukoll obbligi tariffarji oħrajn – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/19, Artikoli 5(1), 8(3) u (4), u 13, 2002/21, Artikoli 6 sa 8, u 2002/22, Artikolu 28)

  1.  L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) għandha tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru jista’ jipprevedi li operatur ta’ netwerk pubbliku ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jiżgura li l-aċċess għan-numri mhux ġeografiċi jkun żgurat għall-utenti finali kollha tan-netwerk tiegħu f’dan l-Istat u mhux biss għal dawk fi Stati Membri oħrajn.

    (ara l-punt 35, dispożittiv 1)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 37, 38)

  3.  L-Artikoli 5(1) u 8(3) tad-Direttiva 2002/19, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva “Aċċess”), moqrija flimkien mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”), għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jippermettu li awtorità regolatorja nazzjonali (ARN), fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ tilwima bejn żewġ operaturi, timponi fuq wieħed l-obbligu li jiżgura għall-utenti finali l-aċċess għas-servizzi li jużaw numri mhux ġeografiċi pprovduti fuq in-netwerk tal-ieħor u li tistabbilixxi, abbażi tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19, modalitajiet tal-impożizzjoni ta’ tariffi, bejn l-imsemmija operaturi, għal dan l-aċċess, sakemm dawn l-obbligi jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati, nondiskriminatorji, ibbażati fuq in-natura tal-problema kkonstatata u ġġustifikati fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva “Kwadru [Qafas]”), u fejn il-proċeduri previsti fl-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-direttiva tal-aħħar ikunu, skont il-każ, ġew osservati, fatt li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.

    F’dan ir-rigward, l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva “Aċċess” ma jipprekludix li, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tad-Direttiva “Servizz Universali”, obbligi marbuta mal-kontroll ta’ prezzijiet bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva “Aċċess” ikunu imposti fuq l-operatur li ma għandux saħħa sinjifikattiva fis-suq partikolari, sakemm tali obbligi jikkostitwixxu miżuri meħtieġa u proporzjonati sabiex jiggarantixxu li l-utenti finali jkunu jistgħu jaċċedu għas-servizzi li jużaw numri mhux ġeografiċi fl-Unjoni.

    Barra minn hekk, peress li l-Artikolu 13 tad-Direttiva “Aċċess” ma jirregolax il-modalitajiet tal-impożizzjoni ta’ tariffi, huma l-ARN li għandhom jistabbilixxu dawn il-modalitajiet billi jiżguraw li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(4) ta’ din id-direttiva.

    Fl-aħħar nett, il-possibbiltà għal ARN li tadotta deċiżjoni, li tissostitwixxi kuntratt bejn l-operaturi kkonċernati, ma tiksirx l-libertà ta’ intrapriża sakemm l-obbligi imposti fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ tilwima bejn l-operaturi kkonċernati huma meħtieġa u proporzjonati. Fil-fatt, jistgħu jsiru restrizzjonijiet fuq id-dritt għal-libertà li tiġi eżerċitata attività professjonali, bħall-użu tad-dritt għall-proprjetà, bil-kundizzjoni li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu effettivament jikkorrispondu għal għanijiet ta’ interess ġenerali segwiti mill-Unjoni u ma jkunux jikkostitwixxu, fid-dawl tal-għan imfittex, intervent sproporzjonat u intollerabbli li jippreġudika l-qofol stess tad-drittijiet hekk iggarantiti.

    (ara l-punti 51, 52, 55‑62, dispożittiv 2)

Top