Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0381

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ April 2016.
Jorge Sales Sinués u Youssouf Drame Ba vs Caixabank SA u Catalunya Caixa SA (Catalunya Banc S.A.).
Rinviji għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Kuntratti konklużi bejn negozjanti u konsumaturi – Kuntratti ipotekarji – Klawżola ta’ rata minima – Eżaminazzjoni tal-klawżola għall-finijiet ta’ invalidazzjoni — Proċedura kollettiva – Mandat ta’ inibizzjoni – Sospensjoni tal-proċedura individwali li għandha l-istess suġġett.
Kawżi magħquda C-381/14 u C-385/14.

Court reports – general

Kawżi magħquda C‑381/14 u C‑385/14

Jorge Sales Sinués

u

Youssouf Drame Ba

vs

Caixabank SA

u

Catalunya Caixa SA (Catalunya Banc SA)

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil Nru 9 ta’ Barcelona)

“Rinviji għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi bejn negozjanti u konsumaturi — Kuntratti ipotekarji — Klawżola ta’ rata minima — Eżaminazzjoni tal-klawżola għall-finijiet ta’ invalidazzjoni — Proċedura kollettiva — Mandat ta’ inibizzjoni — Sospensjoni tal-proċedura individwali li għandha l-istess suġġett”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ April 2016

  1. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Klawżola inġusta fis-sens tal-Artikolu 3 – Evalwazzjoni tan-natura inġusta mill-qorti nazzjonali – Kriterji

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 3(1) u 4(1))

  2. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola – Portata – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi s-sospensjoni awtomatika tal-azzjoni individwali ta’ konsumatur li għandu l-istess suġġett bħal azzjoni kollettiva pendenti ta’ assoċjazzjoni ta’ protezzjoni tal-konsumaturi sal-għeluq tal-proċedura kollettiva – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju ta’ effettività

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikolu 7)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 22-24)

  2.  L-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi lil qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet azzjoni individwali ta’ konsumatur intiża għall-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt li jorbtu ma’ negozjant, tissospendi awtomatikament tali azzjoni sakemm tingħata sentenza definittiva ta’ azzjoni kollettiva pendenti, imressqa minn assoċjazzjoni ta’ konsumaturi fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2), intiża li ttemm l-użu, f’kuntratti tal-istess tip, ta’ klawżoli simili għal dik inkluża fl-imsemmija azzjoni individwali, mingħajr ma r-rilevanza ta’ tali sospensjoni mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-konsumatur li jkun ressaq azzjoni individwali quddiem il-qorti tkun tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni u mingħajr ma l-konsumatur ikun jista’ jiddissoċja ruħu mill-azzjoni kollettiva.

    Fil-fatt, l-azzjonijiet individwali u kollettivi għandhom, fil-kuntest tad-Direttiva 93/13, għanijiet u effetti legali differenti, b’mod li r-relazzjoni proċedurali bejn l-iżvolġiment ta’ kull waħda minnhom ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ natura proċedurali relatati, b’mod partikolari, mal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u man-neċessità li jiġu evitati deċiżjonijiet ġudizzjarji kontradittorji, mingħajr madankollu ma l-interazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet differenti twassal għad-dgħufija tal-protezzjoni tal-konsumaturi, kif prevista mid-Direttiva 93/13. F’dan il-kuntest, in-neċessità li tiġi ggarantita l-koerenza bejn id-deċiżjonijiet ġudizzjarji ma tistax tiġġustifika nuqqas ta’ effettività li jikkonsisti fir-rinunzja, mill-konsumatur, tad-drittijiet li jiġu rikonoxxuti lilu fil-kuntest ta’ azzjoni individwali wara s-sospensjoni tagħha sakemm tingħata sentenza definittiva ta’ azzjoni kollettiva, sa fejn id-differenza tan-natura bejn l-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat fil-kuntest ta’ azzjoni kollettiva u dak eżerċitat fil-kuntest ta’ azzjoni individwali għandha, fil-prinċipju, tipprevjeni r-riskju ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji kontradittorji. Bl-istess mod, fir-rigward tan-neċessità li jittaffa’ l-piż tal-qrati, l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet suġġettivi rikonoxxuti mid-Direttiva 93/13 lill-konsumaturi ma jistax jiġi kompromess mill-kunsiderazzjonijiet marbuta mal-organizzazzjoni ġudizzjarja ta’ Stat Membru.

    (ara l-punti 30, 35, 40-43 u d-dispożittiv)

Top