Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0363

    Il-Parlament vs Il-Kunsill

    Kawża C‑363/14

    Il-Parlament Ewropew

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Rikors għal annullament — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Europol — Lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet — Determinazzjoni tal-bażi legali — Qafas legali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Bażi legali sekondarja — Distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u miżuri ta’ eżekuzzjoni — Konsultazzjoni mal-Parlament — Inizjattiva ta’ Stat Membru tal-Kummissjoni”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015

    1. Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) – Stabbiliment ta’ relazzjonijiet ma’ Stati terzi – Deċiżjoni 2014/269 li temenda lista ta’ Stati u organizzazzjonijiet li jistgħu jkunu partijiet fi ftehim mal-Europol – Bażi legali – Tħassir tal-Artikolu 34 UE – Assenza ta’ effett fuq il-legalità tad-deċiżjoni Deċiżjoni 2014/269

      (Artikolu 34 UE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371, Artikolu 26(1)(a), 2009/934, Artikoli 5 u 6, 2009/935 u 2014/269)

    2. Atti tal-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Għażla li għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju

      (Artikolu 5 TUE)

    3. Atti tal-istituzzjonijiet – Proċedura għall-adozzjoni – Regoli stabbiliti mit-Trattati – Natura imperattiva – Possibbiltà li istituzzjoni tistabbilixxi bażijiet legali sekondarji – Assenza

      (Artikolu 13(2) TUE)

    4. Atti tal-istituzzjonijiet – Leġiżlazzjoni bażika u leġiżlazzjoni ta’ implementazzjoni – Leġiżlazzjoni ta’ implementazzjoni li la tista’ timmodifika u lanqas tikkompleta l-elementi essenzjali tal-leġiżlazzjoni bażika – Klassifikazzjoni tal-elementi essenzjali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi u tal-partikolaritajiet tal-qasam ikkonċernat – Emenda minn att ta’ implementazzjoni tal-lista ta’ Stati u organizzazzjonijiet terzi li jistgħu jkunu partijiet fi ftehim mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) – Ammissibbiltà – Emenda li ma tikkostitwixxix element essenzjali tal-leġiżlazzjoni bażika

      (Artikolu 290 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371, Artikolu 23, u 2009/934, Artikolu 5(4))

    5. Rikors għal annullament – Att ikkontestat – Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att

      (Artikolu 263 TFUE)

    6. Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Bażi legali – Artikolu 34 UE – Miżura ta’ implementazzjoni tal-Kunsill – Adozzjoni mhux suġġetta għal-inizjattiva minn qabel ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni

      (Artikolu 34(2)(c) UE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371, Artikolu 23, 2009/934, Artikoli 5(4), u 6, 2009/935, Artikolu 1, u 2014/269)

    7. Trattati tal-Unjoni – Dispożizzjonijiet tranżitorji – Żamma tal-effetti tal-atti adottati abbażi tat-Trattat UE – Inkompattibbiltà mar-regoli ta’ proċedura applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona – Assenza ta’ effett

      (Artikolu 290 TFUE; Protokoll Nru 36 anness mat-Trattati UE u FUE, Artikolu 9; Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371, Artikolu 26(1)(a))

    8. Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) – Stabbiliment ta’ relazzjonijiet ma’ Stati terzi – Emenda tal-lista ta’ Stati u organizzazzjonijiet terzi li jistgħu jkunu partijiet fi ftehim mal-Europol – obbligu ta’ konsultazzjoni tal-Parlament – Portata

      (Artikolu 39(1) UE; Artikolu 291 TFUE; Protokoll Nru 36 anness mat-Trattati UE u FUE, Artikolu 9; Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371, Artikolu 26(1)(a), u 2009/935)

    9. Atti tal-istituzzjonijiet – Proċedura għall-adozzjoni – Konsultazzjoni mal-Parlament – Użu żbaljat ta’ proċedura ta’ konsultazzjoni fakultattiva – Legalità – Kundizzjonijiet

    1.  Ma jistax jiġi kkunsidrat, minħabba l-kliem tad-Deċiżjoni 2014/269, li temenda d-Deċiżjoni 2009/935 fir-rigward tal-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għandu jikkonkludi ftehimiet, li, bħala prinċipju, sabiex tissodisfa l-obbligu ta’ motivazzjoni, għandha tindika l-bażi legali li fuqha hija bbażata, li din id-deċiżjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 34 UE. Fil-fatt, l-imsemmija deċiżjoni ma tagħmilx riferiment għall-Artikolu 34 UE u fil-premessi tagħha, hija tirreferi espliċitament għall-Artikolu 26(1)(a), tad-Deċiżjoni 2009/371, li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), kif ukoll għall-Artikoli 5 u 6 tad-Deċiżjoni 2009/934, li tadotta r-regoli implementattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta’ data personali u informazzjoni kklassifikata.

      F’dan ir-rigward, il-fatt li l-Artikolu 34(2)(ċ) UE kkostitwixxa l-unika bażi legali possibbli għall-adozzjoni ta’ miżura bħad-Deċiżjoni 2014/269, anki jekk tiġi preżunta stabbilita, hija irrilevanti, sa fejn l-għażla espliċita tal-Kunsill li jsemmi, fl-imsemmija deċiżjoni, mhux din id-dispożizzjoni, iżda l-Artikolu 26(1)(a) tad-Deċiżjoni 2009/371 kif ukoll l-Artikolu 5 u 6 tad-Deċiżjoni 2009/934 jindikaw b’mod ċar li d-Deċiżjoni 2014/269 hija bbażata fuq dawn l-aħħar dispożizzjonijiet bħala tali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, t-tħassir tal-Artikolu 34 UE mit-Trattat ta’ Lisbona ma għandux l-effett li jneħħi l-bażi legali tad-Deċiżjoni 2014/269.

      (ara l-punti 23, 24, 26, 28)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 41)

    3.  Sa fejn ir-regoli li jiddeterminaw il-mod kif l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jaslu għad-deċiżjonijiet tagħhom huma stabbiliti mit-Trattati u ma jaqgħux fid-diskrezzjoni la tal-Istati Membri u lanqas tal-istituzzjonijiet stess, it-Trattati biss jistgħu, f’każijiet partikolari, jawtorizzaw lil istituzzjoni temenda proċedura deċiżjonali li huma jistabbilixxu. Barra minn hekk, jekk jiġi rrikonoxxut li istituzzjoni tkun tista’ tistabbilixxi bażijiet legali sekondarji, li jippermettu l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi jew ta’ miżuri ta’ implementazzjoni, kemm sabiex issaħħaħ jew sabiex tissemplifika l-modalitajiet għall-adozzjoni ta’ att, ikun ifisser li din l-istituzzjoni tkun qed tingħata setgħa leġiżlattiva li teċċedi dik prevista mit-Trattati.

      (ara l-punt 43)

    4.  L-adozzjoni tar-regoli essenzjali tal-qasam bħal ma hija l-kooperazzjoni fil-qasam tal-pulizija hija rriżervata għal-leġiżlatur tal-Unjoni u dawn ir-regoli essenzjali tal-qasam ikkonċernat għandhom jiddaħħlu fil-leġiżlazzjoni bażika. Minn dan isegwi li d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-elementi essenzjali ta’ leġiżlazzjoni bażika, li għall-adozzjoni tagħhom teħtieġ li jsiru għażliet politiċi li jaqgħu fir-responsabbiltajiet proprji tal-leġiżlatur tal-Unjoni, ma jkunux is-suġġett ta’ delega u lanqas jidhru f’atti ta’ implementazzjoni. F’dan ir-rigward, l-identifikazzjoni tal-elementi ta’ qasam li għandhom jiġu kklassifikati bħala essenzjali għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jiġu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju u għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-qasam ikkonċernat.

      Fir-rigward tal-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għandu jikkonkludi ftehimiet, bħal dik annessa mad-Deċiżjoni 2009/935, li tistabbilixxi l-imsemmija lista, l-emenda tagħha ma tikkostitwixxix element essenzjali tal-qasam irregolat mid-Deċiżjoni 2009/371, li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), u għalhekk huwa permissibbli għal-leġiżlatur tal-Unjoni li jipprevedi li din il-lista tista’ tkun issir permezz ta’ att ta’ implementazzjoni. Fil-fatt, l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet bejn Europol u Stati terzi jikkostitwixxi azzjoni aċċessorja għall-attivitajiet tal-Europol, rabtiet ta’ kooperazzjoni ma’ dawn l-Istati li jistgħu jiġu stabbiliti u miżmuma, skont l-Artikolu 23(1) tad-Deċiżjoni 2009/371, biss sa fejn huwa neċessarju għall-implementazzjoni tal-funzjonijiet tal-Europol. Barra dan, il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa l-prinċipju tal-istabbiliment u ż-żamma ta’ tali relazzjonijiet, iddefinixxa l-għan li dawn ir-relazzjonijiet għandhom isegwu u speċifika l-kuntest li fih l-imsemmija relazzjonijiet għandhom iseħħu. Għalhekk, anki jekk deċiżjoni li tirrigwarda l-emenda tal-lista timplika ċerti kompromessi li jippreżentaw dimensjonijiet tekniċi u politiċi, tali deċiżjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li teħtieġ għażliet politiċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tal-leġiżlatur tal-Unjoni.

      Ċertament, it-trażmissjoni ta’ data personali li jistgħu jawtorizzaw il-ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371, tista’ tikkostitwixxi interferenza fid-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati u ċerti minn dawn l-interferenzi jistgħu jkunu ta’ portata li jkun neċessarju l-intervent tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Madankollu, l-prinċipju stess tat-trażmissjoni ta’ data personali lil ċerti Stati terzi u l-kuntest li fih din it-trażmissjoni għandha sseħħ għandhom jiġu deċiżi mil-leġiżlatur innifsu, l-Artikolu 23(6)(b) tad-Deċiżjoni 2009/371 u l-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni 2009/934, li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, li jipprevedu b’mod partikolari t-twettiq ta’ evalwazzjoni tan-natura adegwata tal-livell ta’ protezzjoni tad-data żgurata mill-Istat terz ikkonċernat. Fi kwalunkwe każ, l-inklużjoni ta’ Stat terz fil-lista ma jippermettix, bħala tali, ebda trażmissjoni ta’ data personali lilu, tali trażmissjoni hija biss possibbli wara l-konklużjoni, bejn Europol u dan l-Istat, ta’ ftehim li jawtorizza speċifikament it-trażmissjoni ta’ din id-data.

      (ara l-punti 46, 47, 49-51, 53-55, 57)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 59)

    6.  F’dak li jirrigwarda l-proċedura ta’ adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati fil-kuntest tat-titolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali, l-Artikolu 34(2)(ċ) UE jiddistingwi, minn naħa waħda, id-deċiżjonijiet li l-Kunsill, jista’ jiddeċiedi b’unanimità, u, min-naħa l-oħra, il-miżuri neċessarji sabiex jiġu implementati dawn id-deċiżjonijiet fil-livell tal-Unjoni, li l-Kunsill jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata. F’dan il-kuntest, il-kliem “fuq l-inizjattiva ta’ xi Stat Membru jew tal-Kummissjoni” għandu jnftiehem, fid-dawl tas-sintassi tas-sentenzi li jifformaw l-imsemmija dispożizzjoni, li jirrigwardaw biss il-miżuri bażiċi li l-Kunsill, jista’ jiddeċiedi b’unanimità. Għaldaqstant, mill-kliem ta’ din l-istess dispożizzjoni jirriżulta li għandha tiġi interpretata fis-sens li inizjattiva ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni ma hijiex neċessarja għall-adozzjoni miżuri ta’ implementazzjoni.

      (ara l-punti 60, 62-64)

    7.  L-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat bħala li jimplika li dispożizzjoni ta’ att adottat regolarment abbażi tat-Trattat UE qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona li tipprevedi l-modalitajiet għall-adozzjoni ta’ implementazzjoni ta’ dan l-att tkompli tipproduċi l-effett legali tagħha sakemm din ma tkunx ġiet imħassra, annullata jew emendata u tippermetti l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri skont il-proċedura kif iddefinita minnha.

      Konsegwentement, fir-rigward ta’ argument dwar l-inkompatibbiltà tal-Artikolu 26(1)(a) tad-Deċiżjoni 2009/371, li tistabbilixxi l-Europol, mar-regoli tal-proċedura applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-Artikolu 290 TFUE ma huwiex applikabbli, l-imsemmi Artikolu 26(1)(a) ma huwiex kompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni tat-Trattat FUE.

      (ara l-punti 68, 70, 71)

    8.  Il-konsultazzjoni regolari tal-Parlament fil-każijiet previsti mir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni tikkostitwixxi forma proċedurali sostanzjali li n-nuqqas ta’ osservanza tagħha jwassal għan-nullità tal-att ikkonċernat.

      Fir-rigward tal-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) għandu jikkonkludi ftehimiet, bħal dak anness mad-Deċiżjoni 2009/935, li jistabbilixxi l-imsemmija lista, jirriżulta mill-Artikolu 26(1)(a) tad-Deċiżjoni 2009/371, li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), li l-Kunsill huwa obbligat jikkonsulta lill-Parlament qabel ma jemenda l-imsemmija lista. F’dan ir-rigward, it-tħassir tal-Artikolu 39(1) UE mit-Trattat ta’ Lisbona ma għandux jikkontesta dan l-obbligu ta’ konsultazzjoni tal-Parlament, peress li din hija espressament prevista mill-Artikolu 26(1)(a) tad-Deċiżjoni 2009/371. Bl-istess mod, il-fatt li l-Artikolu 291 TFUE ma jipprevedix obbligu ta’ konsultazzjoni tal-Parlament, ma huwiex rilevanti, sa fejn l-obbligu ta’ konsultazzjoni tal-Parlament jikkostitwixxi wieħed mill-effetti legali tad-Deċiżjoni 2009/371 li jinżamm wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

      (ara l-punti 82, 84-86)

    9.  Żball imwettaq mill-Kunsill, fl-interpretazzjoni tal-bażi legali applikabbli, fuq in-natura obbligatorja ta’ konsultazzjoni tal-Parlament ma jikkostitwixxix, bħala tali, il-ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali, għalhekk ma jkunx jidher li dan l-iżball wassal, fil-prattika, għal-limitazzjoni tal-post mogħti lill-Parlament fil-proċedura ta’ adozzjoni tal-att inkwistjoni jew effettwat il-kontenut ta’ dan l-att. Dan jgħodd b’mod partikolari fejn il-Parlament seta’ jinnotifika l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill qabel l-adozzjoni tal-att. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-iżball imwettaq mill-Kunsill jipprekludi lill-Parlament milli jipparteċipa effettivament fil-proċedura inkwistjoni jew li twassal għal ksur tal-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju, mill-Parlament, tal-funzjonijiet tiegħu.

      Barra minn hekk, is-sostituzzjoni żbaljata ta’ bażi legali li timponi l-konsultazzjoni tal-Parlament għal bażi legali li ma tipprevedix tali konsultazzjoni tikkostitwixxi difett purament formali, il-fatt li l-Kunsill tfixkel fuq il-kuntest ġuridiku li fih ikkonsulta lill-Parlament ma huwiex ta’ natura li jipproduċi effett fuq il-kontenut tad-deċiżjoni meħuda fi tmiem il-proċedura kkonċernata.

      (ara l-punti 89-91, 94, 96)

    Top