Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0360

    Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba ’ Awla) tad-9 ta ’ Lulju 2015 –

    Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C‑360/14 P) ( 1 )

    “Appell — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2009/48/KE — Sigurtà tal-ġugarelli — Valuri ta’ limitu għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju, il-merkurju, in-nitrosammini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tapprovax totalment id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-awtoritajiet Ġermaniżi li jżommu fis-seħħ il-valuri ta’ limitu għal dawn is-sustanzi — Prova ta’ livell ta’ protezzjoni għola għas-saħħa tal-bniedem mogħti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali”

    1. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Artikolu 114 TFUE — Proċedura ta’ approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet derogatorji nazzjonali — Talba intiża għaż-żamma ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali preeżistenti — Possibbiltà għall-Istat Membru li jagħmel it-talba li jibbaża t-talba tiegħu fuq evalwazzjoni tar-riskju għas-saħħa pubblika differenti minn dik meqjusa mil-leġiżlatur tal-Unjoni — Obbligu li jiġi stabbilit livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika ogħla mill-miżura ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 114(4) TFUE) (ara l-punti 33, 34)

    2. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Artikolu 114 TFUE — Proċedura ta’ approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet derogatorji nazzjonali — Talba intiża għaż-żamma ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali preeżistenti — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Artikolu 114(4) TFUE) (ara l-punti 35-42)

    3. 

    Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (Artikolu 256(1), TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 55, 56, 68)

    4. 

    Appell — Aggravji — Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja — Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81) (ara l-punti 69-71)

    Dispożittiv

    1) 

    L-appell huwa miċħud.

    2) 

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 315, tal-15.9.2014.

    Top