This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CJ0308
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2016.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 4 – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-aċċess għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali – Dritt ta’ residenza – Direttiva 2004/38/KE – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għoti ta’ ċerti allowances tal-familja jew ta’ kreditu ta’ taxxa għall-ulied liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra mingħajr dritt ta’ residenza legali.
Kawża C-308/14.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2016.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 4 – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-aċċess għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali – Dritt ta’ residenza – Direttiva 2004/38/KE – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għoti ta’ ċerti allowances tal-familja jew ta’ kreditu ta’ taxxa għall-ulied liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra mingħajr dritt ta’ residenza legali.
Kawża C-308/14.
Court reports – general
Kawża C‑308/14
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 4 — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-aċċess għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali — Dritt ta’ residenza — Direttiva 2004/38/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-għoti ta’ ċerti allowances tal-familja jew ta’ kreditu ta’ taxxa għall-ulied liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra mingħajr dritt ta’ residenza legali”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2016
Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Benefiċċji tas-sigurtà soċjali – Kunċett – Allowances tal-familja intiżi sabiex jikkumpensaw parzjalment l-ispejjeż sostnuti minn persuna li għandha wild jew ulied dipendenti u li jingħataw lil kull persuna fuq talba tagħha – Kreditu ta’ taxxa għall-ulied imħallas lil kull persuna li għandha wild jew ulied dipendenti billi jittieħdu inkunsiderazzjoni numru ta’ fatturi li jirrigwardaw is-sitwazzjoni individwali tal-familja kkonċernata – Inklużjoni
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikoli 1(z) u 3(1)(j))
Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Leġiżlazzjoni applikabbli – Applikazzjoni simultanja ta’ diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali – Esklużjoni – Sistema ta’ regoli ta’ kunflitt – Natura kompleta
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 11(3)(e))
Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Ugwaljanza fit-trattament fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għal benefiċċji soċjali għal kundizzjoni ta’ residenza legali – Diskriminazzjoni indiretta – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Kundizzjonijiet
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 883/2004, Artikolu 4; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, Artikoli 7 u 14(2))
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni – Produzzjoni ta’ elementi li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu
(Artikolu 258 TFUE)
Benefiċċji mogħtija awtomatikament lill-familji li jissodisfaw ċerti kriterji oġġettivi bbażati b’mod partikolari fuq id-daqs tagħhom, id-dħul tagħhom u r-riżorsi f’kapital tagħhom, minbarra kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, u li huma intiżi sabiex jikkumpensaw il-piżijiet tal-familja, għandhom jitqiesu bħala benefiċċji tas-sigurtà soċjali
Konsegwentement, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “benefiċċji tas-sigurtà soċjali”, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(j) tar-Regolament Nru 883/2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 1(z) ta’ dan l-istess regolament, l-allowances tal-familja intiżi, b’mod partikolari, sabiex jikkumpensaw parzjalment l-ispejjeż li għandha ssostni persuna li għandha wild jew numru ta’ ulied dipendenti, u li jingħataw lil kull persuna fuq talba tagħha, l-istess bħal fil-każ ta’ kreditu ta’ taxxa għall-ulied imħallas lil kull persuna li għandha wild jew numru ta’ ulied dipendenti, li l-ammont tiegħu ivarja skont id-dħul tal-familja, in-numru ta’ ulied dipendenti, kif ukoll fatturi oħra li jirrigwardaw is-sitwazzjoni individwali tal-familja kkonċernata.
(ara l-punti 58-61)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 63‑66, 68)
Stat Membru ospitanti li, għall-finijiet tal-għoti ta’ benefiċċji soċjali, jirrikjedi residenza regolari minn ċittadin ta’ Stat Membru ieħor fit-territorju tiegħu jwettaq diskriminazzjoni indiretta.
Sabiex tiġi ġġustifikata, diskriminazzjoni indiretta bħal din għandha tkun tali li tiggarantixxi t-twettiq ta’ għan leġittimu u ma tistax tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan.
F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-ħtieġa li jiġu protetti l-finanzi tal-Istat Membru ospitanti tiġġustifika bħala prinċipju l-possibbiltà li tiġi vverifikata n-natura regolari tar-residenza fil-mument tal-għoti ta’ benefiċċju soċjali b’mod partikolari lill-persuni li jiġu minn Stati Membri oħra u li ma humiex ekonomikament attivi, ġaladarba dan l-għoti jista’ jkollu konsegwenzi fuq il-livell globali tal-għajnuna li tista’ tingħata minn dan l-Istat.
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-kriterju tad-dritt ta’ residenza, il-verifika, mill-awtoritajiet nazzjonali, fil-kuntest tal-għoti tal-benefiċċji soċjali inkwistjoni, tal-fatt jekk il-persuna li titlob il-benefiċċji tinsabx illegalment fit-territorju, għandha titqies bħala eżempju ta’ verifika tan-natura regolari tar-residenza taċ-ċittadini tal-Unjoni, konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2004/38, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, u għal din ir-raġuni hija ma tistax tkun sistematika.
Konsegwentement, meta huwa biss fil-każ ta’ dubju li l-awtoritajiet nazzjonali jwettqu l-verifiki neċessarji sabiex jiddeterminaw jekk il-persuna li titlob il-benefiċċji tissodisfax, jew le, ir-rekwiżiti previsti mid-Direttiva 2004/38, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 7 tagħha, u, għaldaqstant, jekk din għandhiex dritt ta’ residenza regolari fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, fis-sens ta’ din id-direttiva, il-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni pprojbita skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali.
(ara l-punti 76, 79‑82, 84, 86)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 85)