Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0222

    Maïstrellis

    Kawża C‑222/14

    Konstantinos Maïstrellis

    vs

    Ypourgos Dikaiosynis, Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 96/34/KE — Ftehim qafas dwar il-leave parentali — Punt 1 tal-klawżola 2 — Dritt individwali għal leave parentali minħabba t-twelid ta’ wild — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ċċaħħad mid-dritt għal tali leave lill-uffiċjal pubbliku li l-mara tiegħu ma taħdimx — Direttiva 2006/54/KE — Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol — Artikoli 2(1)(a) u 14(1)(ċ) — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Diskriminazzjoni diretta”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni letterali, sistematika, storika u teleoloġika – Teħid inkunsiderazzjoni tal-iskop u tal-istruttura ġenerali tal-att inkwistjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 96/34, kif emendata bid-Direttiva 97/75, Anness, klawżoli 1 u 2)

    3. Politika soċjali – Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa – Aċċess għall-impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol – Ugwaljanza fit-trattament – Ftehim qafas bejn UNICE, CEEP u ETUC dwar il-leave parentali – Direttiva 96/34 – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ċċaħħad mid-dritt għal leave parentali lill-uffiċjal pubbliku li l-mara tiegħu ma taħdimx, sakemm, minħabba mard serju jew diżabbiltà, hija ma tkunx tista’ taqdi l-bżonnijiet relatati mat-trobbija tal-wild – Inammissibbiltà

      (Direttiva 2006/54 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikoli 2(1)(a) u 14(1)(ċ); Direttiva tal-Kunsill 96/34, kif emendata bid-Direttiva 97/75, Anness, klawżoli 1 u 2)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 26, 27)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 30, 37)

    3.  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/34, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, kif emendata bid-Direttiva 97/75, kif ukoll tad-Direttiva 2006/54, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li uffiċjal pubbliku ma huwiex intitolat għal leave parentali fis-sitwazzjoni meta l-mara tiegħu ma tkunx taħdem jew ma tkun teżerċita ebda professjoni, sakemm, minħabba mard serju jew diżabbiltà, hija ma tkunx tista’ taqdi l-bżonnijiet relatati mat-trobbija tal-wild.

      Fil-fatt, minn naħa, kemm mill-formulazzjoni ta’ dan il-Ftehim qafas, kemm mill-għanijiet u kemm mill-kuntest tiegħu jirriżulta li kull wieħed mill-ġenituri huwa intitolat għal leave parentali, u dan jimplika li l-Istati Membri ma jistgħux jadottaw tali leġiżlazzjoni. Min-naħa l-oħra, din il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi diskriminazzjoni diretta minħabba s-sess fis-sens tal-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1)(a) ta’ din id-direttiva, kontra l-uffiċjali pubbliċi missirijiet, fir-rigward tal-għoti ta’ leave parentali.

      (ara l-punti 41, 52, 53 u d-dispożittiv)

    Top