EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0160

Ferreira da Silva e Brito et

Kawża C‑160/14

João Filipe Ferreira da Silva e Brito et

vs

Estado português

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varas Cíveis de Lisboa)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-liġijiet — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew ta’ partijiet minn impriżi jew minn negozji — Kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju — Obbligu li ssir talba għal deċiżjoni preliminari skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE — Allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ kumpens għad-dannu subit minħabba tali ksur għall-annullament minn qabel tad-deċiżjoni li tkun ikkawżat dan id-dannu”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015

  1. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trasferimenti ta’ impriżi – Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema – Direttiva 2001/23 – Kamp ta’ applikazzjoni – Trasferiment – Kunċett – Kriterji

    (Direttiva tal-Kunsill 2001/23, l-Artikolu 1(1))

  2. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trasferimenti ta’ impriżi – Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema – Direttiva 2001/23 – Kamp ta’ applikazzjoni – Trasferiment ta’ negozju – Kunċett – Stralċ ta’ impriża mill-azzjonist maġġoritarju tagħha u sussegwentement dan tal-aħħar jieħu post l-impriża stralċata – Inklużjoni – Kundizzjonijiet – Nuqqas ta’ żamma tal-istruttura organizzattiva awtonoma tal-impriża xolta – Assenza ta’ effett

  3. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Domandi ta’ interpretazzjoni – Obbligu ta’ rinviju – Portata – Diffikultajiet ta’ interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “trasferiment ta’ negozju”, fis-sens tad-Direttiva 2001/23, li jwasslu għal deċiżjonijiet diverġenti ta’ qrati nazzjonali inferjuri u riskju ta’ diverġenzi ta’ ġurisprudenza fil-livell tal-Unjoni – Inklużjoni

    (It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2001/23, l-Artikolu 1(1))

  4. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Drittijiet mogħtija lill-individwi – Ksur minn Stat Membru – Obbligu ta’ kumpens għad-dannu kkawżat lill-individwi – Kundizzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għal kumpens għall-annullament b’mod preliminari tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tkun ikkawżat id-dannu, meta tali annullament huwa, fil-prattika, eskluż – Inammissibbiltà

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 24-27)

  2.  L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “trasferiment ta’ negozju” jkopri sitwazzjoni li fiha impriża attiva fis-suq tat-titjiriet ċarter tiġi stralċata mill-azzjonist maġġoritarju tagħha, li huwa, huwa nnifsu, impriża tat-trasport bl-ajru, u li fiha, sussegwentement, din tal-aħħar tieħu post l-impriża stralċata billi tassumi l-kuntratti tal-kiri ta’ ajruplani u l-kuntratti tat-titjiriet ċarter li għad iridu jsiru, teżerċita attivitajiet li qabel kienu eżerċitati mill-impriża stralċata, tintegra mill-ġdid ċerti ħaddiema li sa dak iż-żmien kienu impjegati ma’ din l-impriża billi tagħtihom funzjonijiet identiċi għal dawk eżerċitati qabel, u tieħu tagħmir żgħir tal-imsemmija impriża.

    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23, ma huwiex rilevanti l-fatt li l-entità li l-materjali u parti mill-persunal tagħha ttieħdu u ġew integrati fil-kumpannija ċessjonarja, mingħajr ma nżammet l-istruttura organizzattiva awtonoma tagħha ladarba nżammet rabta bejn, minn naħa, dawn il-materjali u dan il-persunal ittrasferiti lil din il-kumpannija tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, it-tkomplija tal-attivitajiet li qabel kienu eżerċitati mill-kumpannija stralċata. Fil-fatt, jirriżulta li ż-żamma mhux tal-organizzazzjoni speċifika imposta mill-imprenditur għad-diversi fatturi ta’ produzzjoni ttrasferiti, iżda tar-rabta funzjonali ta’ interdipendenza u ta’ komplementarjetà bejn dawn il-fatturi li tikkostitwixxi l-element rilevanti sabiex jiġi konkluż li tkun inżammet l-identità tal-entità ttrasferita. B’hekk, iż-żamma ta’ tali rabta funzjonali bejn id-diversi fatturi ttrasferiti tippermetti liċ-ċessjonarju juża lil dawn tal-aħħar, anki jekk dawn huma integrati, wara t-trasferiment, fi struttura organizzattiva ġdida differenti, sabiex ikompli attività ekonomika identika jew analoga.

    (ara l-punti 32-35 u d-dispożittiv 1)

  3.  It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali hija marbuta li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea b’talba għal deċiżjoni preliminari marbuta mal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “trasferiment ta’ negozju”, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji f’ċirkustanzi ikkaratterizzati kemm minn deċiżjonijiet diverġenti ta’ istanzi ġudizzjarji inferjuri fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett kif ukoll minn diffikultajiet ta’ interpretazzjoni rikorrenti tiegħu fid-diversi Stati Membri.

    Jekk stess huwa veru li l-proċedura mressqa skont l-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li permezz tiegħu l-ewwel waħda tagħti lit-tieni l-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li huma neċessarji għas-soluzzjoni tat-tilwima li biha huma jkunu ġew aditi, xorta waħda jibqa’ l-fatt li, meta ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali kontra d-deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali, din tal-aħħar hija, bħala prinċipju, marbuta li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja, konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, meta tqum quddiemha kwistjoni li tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, sakemm ma tkunx ikkonstatat li l-kwistjoni mqajma ma hijiex rilevanti jew li d-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni kkonċernata tkun diġà ġiet suġġetta għal interpretazzjoni min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja jew li l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni tkun tant evidenti li ma tagħti lok għal ebda dubju raġonevoli. L-eżistenza ta’ tali eventwalità għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-karatteristiċi proprji tad-dritt tal-Unjoni, tad-diffikultajiet partikolari li l-interpretazzjoni ta’ dan tal-aħħar tinvolvi u tar-riskju ta’ diverġenzi ta’ ġurisprudenza fi ħdan l-Unjoni.

    (ara l-punti 37-39, 45 u d-dispożittiv 2)

  4.  Id-dritt tal-Unjoni u, partikolarment, il-prinċipji stipulati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-responsabbiltà tal-Istat għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni mwettaq minn qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali ma għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi, bħala kundizzjoni preliminari, l-annullament tad-deċiżjoni dannuża mogħtija minn din il-qorti, meta tali annullament huwa, fil-prattika, eskluż.

    Fil-fatt, fid-dawl tar-rwol essenzjali tal-awtorità ġudizzjarja fil-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi jiksbu mir-regoli tad-dritt tal-Unjoni, l-effikaċja sħiħa tagħhom titqiegħed f’perikolu u l-protezzjoni tad-drittijiet li dawn jirrikonoxxu tiġi mdgħajfa jekk jiġi eskluż li l-individwi jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jiksbu kumpens meta d-drittijiet tagħhom jinkisru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil deċiżjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru li tiddeċiedi bħala qorti tal-aħħar istanza. Ladarba l-kundizzjonijiet relatati mal-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istat ikunu ssodisfatti, li huwa l-kompitu tal-qrati nazzjonali li jiddeterminaw, huwa fl-ambitu tad-dritt nazzjonali li l-Istat għandu l-kompitu li jagħmel tajjeb għall-konsegwenzi tad-dannu kkawżat, ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-kumpens għad-danni ma jistgħux ikunu inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw pretensjonijiet simili ta’ natura nazzjonali (prinċipju ta’ ekwivalenza) u lanqas ġestiti b’mod li jrendi l-ksib tal-kumpens prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli (prinċipju ta’ effettività). Issa, leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi, bħala kundizzjoni preliminari, l-annullament tad-deċiżjoni dannuża, meta tali annullament ikun, fil-prattika, eskluż, tista’ trendi eċċessivament diffiċli l-ksib tal-kumpens għad-danni kkawżati mill-ksur tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni.

    Ostakolu sinjifikattiv, bħal dak li jirriżulta mill-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali, għall-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, ta’ prinċipju daqstant fundamentali bħalma huwa dak tar-responsabbiltà tal-Istat għal ksur tad-dritt tal-Unjoni, li huwa inerenti għas-sistema tat-trattati li fuqhom l-Unjoni hija bbażata, ma jistax, barra minn hekk, jiġi ġġustifikat la mill-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata u lanqas mill-prinċipju ta’ ċertezza legali.

    (ara l-punti 47, 50, 51, 58-60 u d-dispożittiv 3)

Top