Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0157

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015.
    Société Neptune Distribution vs Ministre de l'Économie et des Finances.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 1924/2006 – Direttiva 2009/54/KE – Artikoli 11(1) u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni tal-konsumatur – Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa – Ilmijiet minerali naturali – Kontenut ta’ sodju jew ta’ melħ – Kalkolu – Klorur tas-sodju (melħ tal-mejda) jew kwantità totali ta’ sodju – Libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni – Libertà ta’ intrapriża.
    Kawża C-157/14.

    Court reports – general

    Kawża C‑157/14

    Neptune Distribution SNC

    vs

    Ministre de l’Économie et des Finances

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza))

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Direttiva 2009/54/KE — Artikoli 11(1) u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Protezzjoni tal-konsumatur — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa — Ilmijiet minerali naturali — Kontenut ta’ sodju jew ta’ melħ — Kalkolu — Klorur tas-sodju (melħ tal-mejda) jew kwantità totali ta’ sodju — Libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni — Libertà ta’ intrapriża”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Identifikazzjoni tal-elementi tad-dritt tal-Unjoni rilevanti — Formulazzjoni mill-ġdid tad-domandi

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel — Regolament Nru 1924/2006 — Indikazzjoni dwar il-kontenut ta’ sodju jew ta’ melħ fl-ilmijiet minerali naturali — Tikketta li tagħti l-impressjoni li l-ilmijiet minerali għandhom kontenut baxx ta’ sodju jew ta’ melħ meta fil-verità jkollhom kontenut ta’ 20 mg/l jew iktar — Inammissibbiltà

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1924/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 107/2008, Artikolu 8(1), u l-Anness; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/54, Artikolu 9(2), u l-Anness III)

    3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel — Regolament Nru 1924/2006 — Projbizzjoni ta’ tikketta ta’ natura li tqarraq bil-konsumatur fir-rigward tal-kontenut ta’ sodju jew ta’ melħ ta’ ilmijiet minerali naturali — Restrizzjoni sproporzjonata tad-drittijiet għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni u għal-libertà ta’ intrapriża — Assenza — Teħid inkunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni

      (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 11(1) u 16; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1924/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 107/2008, Artikolu 8(1), u l-Anness; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2009/54, Artikolu 9(2), u l-Anness III)

    4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel — Regolament Nru 1924/2006 — Kundizzjonijiet ta’ użu tal-imsemmija indikazzjonijiet — Setgħa diskrezzjonali tal-leġiżlatur tal-Unjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1924/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 107/2008, Artikolu 8(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 33, 34)

    2.  L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1924/2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat bir-Regolament Nru 107/2008, moqri flimkien mal-Anness ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi l-użu tal-indikazzjoni “baxx ħafna fis-sodju/melħ” u ta’ kwalunkwe indikazzjoni oħra li jista’ jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur fir-rigward tal-ilmijiet minerali naturali u tal-ilmijiet l-oħra.

      Barra minn hekk, l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/54, dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali, moqri flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-imballaġġ, it-tikketti jew ir-reklamar tal-ilmijiet minerali naturali jkun fihom indikazzjonijiet jew dikjarazzjonijiet maħsuba sabiex iwasslu lill-konsumatur jemmen li l-ilmijiet inkwistjoni għandhom kontenut baxx ta’ sodju jew ta’ melħ jew huma tajbin għal dieta baxxa fis-sodju meta l-kontenut totali ta’ sodju, fil-forom kimiċi kollha tiegħu preżenti, ikun ekwivalenti għal jew iktar minn 20 mg/l.

      (ara l-punt 56 u d-dispożittiv 1)

    3.  Il-projbizzjoni li l-imballaġġ, it-tikketti u r-reklamar ta’ ilmijiet minerali naturali jkun fihom kwalunkwe indikazzjoni jew dikjarazzjoni li tirreferi għal kontenut baxx ta’ dawn l-ilmijiet ta’ sodju, kif prevista fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1924/2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat bir-Regolament Nru 107/2008, moqri flimkien mal-Anness ta’ dan ir-regolament, u fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/54, dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali, moqri flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva, tikkostitwixxi ndħil fil-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni tal-imprenditur kif ukoll fil-libertà ta’ intrapriża tiegħu.

      Madankollu, minn naħa, dan l-indħil huwa previst mil-liġi u, min-naħa l-oħra, il-kontenut essenzjali tal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni tal-imprenditur ma huwiex milqut mill-imsemmija dispożizzjonijiet sa fejn dawn sempliċement jissuġġettaw l-informazzjoni li tista’ tiġi kkomunikata lill-konsumatur fir-rigward tal-kontenut ta’ sodju jew ta’ melħ tal-ilmijiet minerali naturali għal ċerti kundizzjonijiet. Issa, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni mhux talli ma tipprojbixxix il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ilmijiet minerali naturali iżda sempliċement tiddetermina, f’qasam ferm limitat, dak li jista’ jiġi indikat fuq it-tikketti u fir-reklamar relatati. B’hekk, hija bl-ebda mod ma tolqot il-kontenut essenzjali tal-libertà ta’ intrapriża. Barra minn hekk, il-ħtieġa li l-konsumatur jiġi żgurat l-iktar informazzjoni preċiża u trasparenti possibbli dwar il-karatteristiċi tal-prodott tibqa’ marbuta mill-qrib mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tikkostitwixxi kwistjoni ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika limitazzjonijiet għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni tal-imprenditur u għal-libertà ta’ intrapriża tiegħu.

      Fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li ma jidhirx li huwa eskluż riskju għas-saħħa tal-bniedem marbut ma’ konsum abbondanti ta’ sodju preżenti f’kompożizzjonijiet kimiċi differenti, b’mod partikolari fil-bikarbonat tas-sodju, il-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ jqis li limitazzjonijiet u restrizzjonijiet, bħal dawk previsti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1924/2006 u fl-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/54, fir-rigward tal-użu ta’ indikazzjonijiet jew ta’ dikjarazzjonijiet li jirreferu għall-kontenut baxx ta’ sodju tal-ilmijiet minerali naturali, kienu adegwati u neċessarji sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni. Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ prekawzjoni li jipprovdi li, meta jkun għad hemm inċertezzi dwar l-eżistenza jew il-portata ta’ riskji għas-saħħa tal-bniedem, jistgħu jittieħdu miżuri ta’ protezzjoni mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġu pprovati kompletament ir-realtà u l-gravità ta’ dawn ir-riskji. Meta jirriżulta impossibbli li jiġu ddeterminati b’ċertezza l-eżistenza jew il-portata tar-riskju allegat, minħabba n-natura mhux konklużiva tar-riżultati tal-istudji mwettqa, iżda l-probabbiltà ta’ ħsara reali għas-saħħa pubblika tippersisti fil-każ li r-riskju jimmaterjalizza ruħu, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. Għaldaqstant, l-indħil fil-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni tal-imprenditur kif ukoll fil-libertà ta’ intrapriża tiegħu huwa proporzjonat għall-għanijiet segwiti.

      (ara l-punti 67, 69-71, 74, 81-85)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 76)

    Top