Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0140

    Il-Kummissjoni vs Is-Slovenja

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta ’ Lulju 2015 –

    Il-Kummissjoni vs Is-Slovenja

    (Kawża C‑140/14) ( 1 )

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE — Prevenzjoni u rimi tal-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir u ta’ skart ieħor — Landfill — Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri għall-finijiet tar-rimi u tal-ħażna ta’ dan l-iskart — Użu ta’ rimedji ġudizzjarji”

    1. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Oneru li jaqa’ fuq il-Kummissjoni — Produzzjoni ta’ elementi li jiżvelaw in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Konfutazzjoni li għandha ssir mill-Istat Membru inkwistjoni (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 42)

    2. 

    Stati Membri — Obbligi — Missjoni ta’ sorveljanza fdata lill-Kummissjoni — Dmir tal-Istati Membri — Kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet fil-qasam tal-applikazzjoni tad-direttivi — Obbligu ta’ verifika u ta’ informazzjoni (ara l-punt 43)

    3. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 63)

    4. 

    Ambjent — Skart — Direttiva 2008/98 — Obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart — Portata — Applikabbiltà għat-tranżazzjonijiet ta’ ħażna temporanja — Neċessità tal-miżuri li għandhom jittieħdu (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98, Artikoli 13 u 36(1)) (ara l-punt 66)

    5. 

    Ambjent — Skart — Direttiva 2008/98 — Obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart — Obbligu ta’ riżultat — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu — Limiti — Persistenza ta’ sitwazzjoni mhux konformi matul perijodu estiż li timplika deterjorament sinjifikattiv tal-ambjent — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98, Artikolu 13) (ara l-punti 68, 69, 75)

    6. 

    Ambjent — Skart — Direttiva 2008/98 — Kunċett ta’ skart — Sustanza li tintrema’ — Terrapien tat-tħaffir — Inklużjoni (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98, Artikolu 3(1)) (ara l-punti 70, 71)

    7. 

    Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni ta’ direttivi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 77)

    8. 

    Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Neċessità li tiġi żgurata l-effikaċja tad-direttivi — Obbligu, għal kull awtorità ta’ Stat Membru, li tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tilħaq ir-riżultat previst mid-direttiva — Possibbiltà ta’ adozzjoni ta’ miżuri provviżorji (It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98) (ara l-punti 78, 79)

    9. 

    Ambjent — Skart — Rimi ta’ skart f’landfill — Direttiva 1999/31 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ landfill — Sit ta’ ħażna temporanja — Tul ta’ ħażna ta’ iktar minn sena — Inklużjoni — Landfills illegali — Inklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 1999/31, Artikolu 2(g)) (ara l-punti 116, 117)

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-Repubblika tas-Slovenja,

    – 

    billi awtorizzat il-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir fuq il-biċċa art Nru 115/1 fil-muniċipalità ta’ Teharje (Bukovžlak), mingħajr ma żgurat li ma kien ġie maħżun ebda skart ieħor preċedentement jew simultanjament f’dan is-sit, u peress li ebda miżura oħra ma ġiet adottata sabiex jiġi eliminat, minn dan is-sit, l-iskart li ma huwiex kopert mill-awtorizzazzjoni mogħtija, l-imsemmi sit għandu jitqies li huwa landfill illegali li ma josservax il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti previsti, minn naħa, fl-Artikoli 13 u 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, kif ukoll, min-naħa l-oħra, fl-Artikoli 5(3)(e) u 6, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma artifiċjali skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE, 7 sa 9, 11 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, kif ukoll fl-Annessi I sa III ta’ din l-aħħar direttiva;

    – 

    billi ma adottatx, b’effett minn April 2009, miżuri suffiċjenti sabiex tipprevjeni, u sussegwentement tneħħi, il-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir, ikklassifikat bħala skart bin-numru 17 05 06 (ħama ta’ materjal tat-tħaffir għajr dak imsemmi f’17 05 05) u 17 05 05 (ħama ta’ materjal tat-tħaffir li jinkludi sustanzi perikolużi), fis-sit ta’ kostruzzjoni ta’ infrastruttura muniċipali għaż-żona kummerċjali ta’ Gaberje-jug, b’mod li dan is-sit għandu wkoll jitqies bħala landfill illegali li ma josservax id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttivi 1999/31 u 2008/98 kif ukoll l-Artikoli 12, 15 u 17 ta’ din l-aħħar direttiva,

    naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn id-dispożizzjonijiet kollha.

    2) 

    Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 184, 16.6.2014.

    Top