Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0125

    Iron & Smith

    Kawża C‑125/14

    Iron & Smith kft

    vs

    Unilever NV

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade mark — Reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali identika jew simili għal trade mark Komunitarja preċedenti — Trade mark Komunitarja li għandha reputazzjoni fl-Unjoni Ewropea — Portata ġeografika tar-reputazzjoni”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015

    1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Direttiva 2008/95 – Trade mark Komunitarja li għandha reputazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Kunċett – Portata ġeografika tar-reputazzjoni – Rilevanza tal-kriterji li jikkonċernaw l-użu ġenwin tat-trade mark Komunitarja sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ reputazzjoni – Assenza

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/95, Artikolu 4(3))

    2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Trade marks – Direttiva 2008/95 – Trade mark Komunitarja li għandha reputazzjoni f’parti sostanzjali tat-territorju tal-Unjoni, iżda mhux mal-pubbliku rilevanti tal-Istat Membru msemmi minn applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali – Kundizzjonijiet tal-protezzjoni estiża stabbilita fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2008/95

    1.  L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2008/95, dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta r-reputazzjoni ta’ trade mark Komunitarja preċedenti tkun stabbilita f’parti sostanzjali tat-territorju tal-Unjoni, li tista’, jekk ikun il-każ, tikkoinċidi mat-territorju ta’ Stat Membru li ma għandux neċessarjament ikun dak fejn tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali sussegwenti, għandu jitqies li din it-trade mark tgawdi minn reputazzjoni fl-Unjoni. Il-kriterji li ġew stabbiliti mill-ġurisprudenza li jikkonċernaw l-użu ġenwin tat-trade mark Komunitarja ma humiex, bħala tali, rilevanti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ “reputazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(3) ta’ din id-direttiva.

      (ara l-punt 25 u d-dispożittiv 1)

    2.  Meta t-trade mark Komunitarja preċedenti tkun diġà kisbet reputazzjoni f’parti sostanzjali tat-territorju tal-Unjoni Ewropea, iżda mhux mal-pubbliku rilevanti tal-Istat Membru li fih tkun saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali sussegwenti, ikkonċernata mill-oppożizzjoni, il-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja jista’ jibbenefika mill-protezzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2008/95 dwar it-trade marks meta jidher li parti kummerċjalment sinjifikattiva tal-imsemmi pubbliku jagħraf din it-trade mark, jistabbilixxi rabta bejnha u t-trade mark nazzjonali sussegwenti, u li teżisti, fid-dawl tal-fatturi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni, jew ħsara effettiva u attwali għat-trade mark Komunitarja, skont din id-dispożizzjoni, jew, fin-nuqqas ta’ dan, probabbiltà serja li tali ħsara ser tiġri fil-futur.

      (ara l-punt 34 u d-dispożittiv 2)

    Top