This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CJ0110
Costea
Costea
Kawża C‑110/14
Horațiu Ovidiu Costea
vs
SC Volksbank România SA
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Oradea)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 2(b) — Kunċett ta’ ‘konsumatur’ — Kuntratt ta’ kreditu konkluż minn persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ avukat — Ħlas lura tal-kreditu ggarantit minn proprjetà immobbli tal-uffiċċju tal-avukati tal-persuna li tissellef — Persuna li tissellef li għandha l-għarfien neċessarju sabiex tevalwa n-natura inġusta ta’ klawżola qabel l-iffirmar tal-kuntratt”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima
(Artikolu 267 TFUE)
Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Kunċett ta’ konsumatur – Persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ avukat u li tikkonkludi kuntratt ta’ kreditu ma’ bank – Inklużjoni – Kundizzjoni – Ħlas lura tal-kreditu ggarantit minn proprjetà immobbli tal-uffiċċju tal-avukati tal-persuna li tissellef – Assenza ta’ effett
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, l-għaxar premessa u Artikolu 2(b) u (ċ))
Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Għan
(Direttiva tal-Kunsill 93/13, l-għaxar premessa u Artikolu 6(1))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 13)
L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ avukat li tikkonkludi kuntratt ta’ kreditu ma’ bank, mingħajr ma l-għan tal-kreditu jiġi ppreċiżat f’dan il-kuntratt, tista’ titqies bħala “konsumatur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-imsemmi kuntratt ma jkunx marbut mal-attività professjonali ta’ dan l-avukat. Il-fatt li d-dejn maħluq mill-istess kuntratt ikun iggarantit minn kostituzzjoni ta’ garanzija ipotekarja mogħtija minn din il-persuna bħala rappreżentant tal-uffiċċju tal-avukati tagħha u li tirrigwarda oġġetti intiżi għall-eżerċizzju tal-attività professjonali tal-imsemmija persuna, bħalma hija proprjetà immobbli ta’ dan l-uffiċċju, ma huwiex rilevanti f’dan ir-rigward.
Fil-fatt, hekk kif tistipula l-għaxar premessa tad-Direttiva 93/13, ir-regoli uniformi li jikkonċernaw il-klawżoli inġusti għandhom japplikaw għall-kuntratti kollha konklużi bejn “konsumatur” u “bejjiegħ jew fornitur”, kunċetti ddefiniti fl-Artikolu 2(b) u (ċ) ta’ din id-direttiva. Huwa għaldaqstant b’riferiment għall-kwalità tal-partijiet kontraenti, li tiddetermina jekk dawn jaġixxux jew le fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom, li l-imsemmija d-direttiva tiddefinixxi l-kuntratti li huma suġġetti għaliha.
F’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ “konsumatur”, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13, dan għandu natura oġġettiva u huwa indipendenti mill-għarfien konkret li l-persuna kkonċernata jista’ jkollha, jew mill-informazzjoni li din il-persuna għandha realment. Il-qorti nazzjonali adita b’kawża li tirrigwarda kuntratt li jista’ jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva għandha tivverifika, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-provi kollha u b’mod partikolari t-termini ta’ dak il-kuntratt, jekk l-akkwirent jistax jiġi kklassifikat bħala “konsumatur” fis-sens tal-imsemmija direttiva. Sabiex tagħmel dan, il-qorti nazzjonali trid tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, u b’mod partikolari n-natura tal-oġġett jew tas-servizz li jkun jikkostitwixxi l-għan tal-kuntratt ikkunsidrat, li jkunu jistgħu juru għal liema għan dan il-prodott jew servizz qiegħed jiġi akkwistat.
F’dan ir-rigward, avukat li jikkonkludi, ma’ persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi fil-kuntest tal-attività professjonali tagħha, kuntratt li, partikolarment minħabba li ma jirrigwardax l-attività tal-uffiċċju tagħha, ma huwiex marbut mal-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat, ikun jinsab, fir-rigward ta’ din il-persuna, f’sitwazzjoni ta’ inferjorità. Barra minn hekk, il-fatt li avukat għandu livell għoli ta’ kompetenzi tekniċi ma jippermettix li wieħed jippreżumi li dan ma huwiex parti dgħajfa meta mqabbel ma’ bejjiegħ jew fornitur.
(ara l-punti 15, 17, 21-23, 26, 27, 30 u d-dispożittiv)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 18, 19)