Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0105

    Taricco et

    Kawża C‑105/14

    Proċeduri kriminali

    kontra

    Ivo Taricco et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Cuneo)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċeduri kriminali li jikkonċernaw reati fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Artikolu 325 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni assoluti li jistgħu jagħtu lok għall-impunità tar-reati — Effett potenzjali fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Obbligu tal-qorti nazzjonali li ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt intern li tista’ tippreġudika l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mid-dritt tal-Unjoni”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2015

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti, domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli u domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra – Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi u dissważivi – Portata – Reati fiskali fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi limitazzjoni tat-tul kollu tal-preskrizzjoni fil-qasam kriminali fil-każ ta’ interruzzjoni li, f’ħafna każijiet, tista’ twassal għall-impunità – Inammissibbiltà – Verifika li għandha ssir mill-qorti nazzjonali

      (Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 325(1) u (2) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2006/112)

    3. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra – Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi u dissważivi – Portata – Reati fiskali fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-konformità ta’ leġiżlazzjoni dwar il-preskrizzjoni li tinkludi limitazzjoni fir-rigward ta’ proroga wara interruzzjoni – Effetti tal-Artikoli 101 TFUE, 107 TFUE u 119 TFUE – Assenza

      (Artikolu 4(3) TUE; Artikoli 101 TFUE, 107 TFUE, 119 TFUE u 325 TFUE)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 29, 30)

    2.  Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-preskrizzjoni tar-reati kriminali, li tipprevedi li interruzzjoni li sseħħ fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali fir-rigward ta’ frodi serja fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandha l-effett li testendi t-terminu ta’ preskrizzjoni bi kwart biss tat-tul inizjali tagħha, tista’ taffettwa l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 325(1) u (2) TFUE, sa fejn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tipprekludi l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi u dissważivi f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet ta’ frodi serja li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew tkun tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni itwal għall-każijiet ta’ frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Istat Membru kkonċernat minn dawk li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, liema aspett għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħti effett sħiħ lill-Artikolu 325(1) u (2) TFUE billi ma tapplikax, skont il-bżonn, id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jkollhom l-effett li jipprekludu lill-Istat Membru kkonċernat milli josserva l-obbligi imposti fuqu mill-Artikolu 325(1) u (2) TFUE.

      Fil-fatt, fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, mid-Direttiva 2006/112, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, jirriżulta li l-Istati Membri ma għandhomx biss l-obbligu ġenerali li jieħdu l-miżuri leġiżlattivi u amministrattivi kollha sabiex jiggarantixxu l-ġbir tat-taxxa kollha dovuta fit-territorji rispettivi tagħhom, iżda għandhom ukoll jiġġieldu kontra l-frodi. Għaldaqstant, minkejja li l-Istati Membri għandhom, ċertament, libertà ta’ għażla fir-rigward tas-sanzjonijiet applikabbli, li jistgħu jkollhom l-għamla ta’ sanzjonijiet amministrattivi, ta’ sanzjonijiet kriminali jew ta’ kombinazzjoni tat-tnejn, sabiex jiggarantixxu l-ġbir tad-dħul kollu provenjenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud u, b’dan il-mod, tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni konformement mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 u mal-Artikolu 325 TFUE, sanzjonijiet kriminali jistgħu madankollu jkunu indispensabbli għall-ġlieda effettiva u dissważiva kontra ċerti każijiet ta’ frodi serja fit-taxxa fuq il-valur miżjud.

      (ara l-punti 36, 39, 58 u d-dispożittiv 1)

    3.  Dispożizzjoni ta’ preskrizzjoni applikabbli għal reati kriminali mwettqa fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni assoluti li, fil-każ ta’ interruzzjoni, ma jistgħux jiġu estiżi għal iktar minn kwart tat-tul inizjali tagħhom, ma tistax tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikoli 101 TFUE, 107 TFUE u 119 TFUE.

      Fil-fatt, l-ewwel nett, infurzar possibbilment inadatt tad-dispożizzjonijiet kriminali nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud ma għandux neċessarjament effett fuq aġir kollużiv potenzjali bejn l-impriżi, li jmur kontra l-Artikolu 101 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE. It-tieni nett, minkejja li n-natura ineffettiva u/jew mhux dissważiva tas-sanzjonijiet previsti fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud tista’ possibbilment tagħti vantaġġ finanzjarju għall-impriżi kkonċernati, madankollu ma għandux jiġi applikat l-Artikolu 107 TFUE f’dan il-każ, sa fejn it-tranżazzjonijiet kollha huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud u kull reat imwettaq f’dan il-qasam huwa ssanzjonat kriminalment, bla ħsara għal ċerti każijiet partikolari fejn id-dispożizzjoni ta’ preskrizzjoni tista’ teskludi lil ċerti reati minn konsegwenzi kriminali. It-tielet nett, il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jistgħu jagħtu lok għall-impunità ta’ ċerti reati fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud humiex konformi mal-imsemmi prinċipju ta’ finanzi pubbliċi b’saħħithom, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 119 TFUE, sa fejn din hija marbuta b’mod indirett ħafna ma’ dan l-obbligu impost fuq l-Istati Membri.

      (ara l-punti 60, 62, 64, 65 u d-dispożittiv 2)

    Top