EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0030

Ryanair

Kawża C‑30/14

Ryanair Ltd

vs

PR Aviation BV

(talba għal deċiżjoni preliminari imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 96/9/KE — Protezzjoni legali tad-databases — Database li ma hijiex protetta la mid-dritt tal-awtur u lanqas mid-dritt sui generis — Limitazzjoni kuntrattwali tad-drittijiet tal-utenti tad-database”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015

  1. Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Effett dirett – Limiti – Possibbiltà li tiġi invokata direttiva fil-konfront ta’ individwu – Esklużjoni – Implementazzjoni mill-Istati Membri – Obbligi tal-qrati nazzjonali

    (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Protezzjoni ġuridika tad-databases – Direttiva 96/9 – Kunċett ta’ database – Interpretazzjoni wiesgħa

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9, Artikolu 1(2)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Protezzjoni ġuridika tad-databases – Direttiva 96/9 – Kamp ta’ applikazzjoni – Databases mhux protetti la mid-dritt tal-awtur u lanqas mid-dritt sui generis – Esklużjoni – Fakultà tal-awtur tad-database li jistabbilixxi limitazzjonijiet kuntrattwali għall-użu tagħha

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9, Artikoli 1(2), 3(1), 6(1), 7(1), 8 u 15)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 30, 31)

  2.  Il-kunċett ta’ database fis-sens tal-Artikolu 1(2), tad-Direttiva 96/9, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, għandha portata wiesgħa, ħielsa minn kunsiderazzjonijiet ta’ natura formali, teknika jew materjali.

    (ara l-punti 32, 33)

  3.  Id-Direttiva 96/9, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma hijiex applikabbli għal database li la hija protetta mid-dritt tal-awtur u lanqas mid-dritt sui generis skont din id-direttiva, sal-punt li l-Artikoli 6(1), 8 u 15 tal-imsemmija direttiva ma jostakolawx lil din il-persuna li tkun ħolqot tali database milli tistabbilixxi limitazzjonijiet kuntrattwali fuq l-użu ta’ din tal-aħħar minn terzi, bla ħsara għad-dritt nazzjonali applikabbli.

    Fil-fatt, iċ-ċirkustanza li database tissodisfa l-elementi tad-definizzjoni inkluża fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9, ma tippermettix li jiġi kkunsidrat li din taqa’ taħt l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva li tirregola d-dritt tal-awtur u/jew id-dritt sui generis, jekk din la tkun tissodisfa l-kundizzjoni ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni mid-dritt tal-awtur stabbilita fl-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva u lanqas il-kundizzjoni tal-applikazzjoni tal-protezzjoni mid-dritt sui generis prevista fl-Artikolu 7(1) ta’ din l-istess direttiva. F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-għan u l-istruttura tad-Direttiva96/9 li l-Artikoli 6(1), 8 u 15 ta’ din id-direttiva, li jistabbilixxu drittijiet li huma ta’ natura imperattiva favur utenti leġittimi ta’ database, ma humiex applikabbli għal database li la hija protetta mid-dritt tal-awtur u lanqas mid-dritt sui generis skont l-imsemmija direttiva, b’tali mod li din tal-aħħar ma tostakolax l-adozzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali li jkollhom bħala s-suġġett tagħhom il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ tali databases.

    (ara l-punti 35, 39, 45 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑30/14

Ryanair Ltd

vs

PR Aviation BV

(talba għal deċiżjoni preliminari imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 96/9/KE — Protezzjoni legali tad-databases — Database li ma hijiex protetta la mid-dritt tal-awtur u lanqas mid-dritt sui generis — Limitazzjoni kuntrattwali tad-drittijiet tal-utenti tad-database”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Jannar 2015

  1. Atti tal-istituzzjonijiet — Direttivi — Effett dirett — Limiti — Possibbiltà li tiġi invokata direttiva fil-konfront ta’ individwu — Esklużjoni — Implementazzjoni mill-Istati Membri — Obbligi tal-qrati nazzjonali

    (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Protezzjoni ġuridika tad-databases — Direttiva 96/9 — Kunċett ta’ database — Interpretazzjoni wiesgħa

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9, Artikolu 1(2)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Protezzjoni ġuridika tad-databases — Direttiva 96/9 — Kamp ta’ applikazzjoni — Databases mhux protetti la mid-dritt tal-awtur u lanqas mid-dritt sui generis — Esklużjoni — Fakultà tal-awtur tad-database li jistabbilixxi limitazzjonijiet kuntrattwali għall-użu tagħha