Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TO0486

    Digriet tal-Qorti Ġenerali ta’ 12 Diċembru 2013.
    Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell — Appell ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu — Firma tal-avukat fuq il-kopja mibgħuta b’faks li hija differenti minn dik fuq l-oriġinal mibgħuta permezz tal-posta — Preżentata tal-oriġinal tar-rikors barra mit-terminu — Tardività — Inammissibbiltà manifesta.
    Kawża T-486/13 P.

    Court reports – Reports of Staff Cases

    DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

    tat-12 ta’ Diċembru 2013

    Kawża T‑486/13 P

    Luigi Marcuccio

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell — Appell ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu — Firma tal-avukat fuq il-kopja mibgħuta b’faks li hija differenti minn dik fuq l-oriġinal mibgħuta permezz tal-posta — Preżentata tal-oriġinal tar-rikors barra mit-terminu — Tardività — Inammissibbiltà manifesta”

    Suġġett:

    Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F‑28/12), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

    Deċiżjoni:

    L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

    Sommarju

    1. Proċedura ġudizzjarja—Rikors promotur—Rekwiżiti proċedurali—Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għal preżentata ta’ rikors—Firma ta’ avukat miktuba bl-idejn differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħuta permezz tal-posta—Konsegwenza—Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data ta’ meta waslet il-faks sabiex tiġi evalwata l-osservanza tat-terminu għal preżentata ta’ rikors

      (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 43(6))

    Skont l-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, id-data li fiha kopja tal-oriġinal iffirmat ta’ att proċedurali tasal fir-Reġistru permezz ta’ faks jew permezz ta’ kull mezz tekniku ieħor ta’ komunikazzjoni għandha tiġi meħuda inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-osservanza tat-termini tal-proċedura, sakemm l-oriġinal tal-att iffirmat jiġi ppreżentat fir-Reġistru mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara.

    Meta l-firma tal-avukat li jirrappreżenta lil rikorrent li jidher fil-qiegħ tar-rikors ippreżentat permezz ta’ faks ma hijiex identika għal dik li tidher fl-oriġinal tar-rikors trażmess sussegwentement, id-data tal-preżentata tar-rikors ta’ appell ippreżentat permezz ta’ faks ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza tat-terminu għal preżentata ta’ rikors. Minn dan isegwi li, skont l-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, hija biss id-data tal-preżentata tal-oriġinal iffirmat li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza tal-imsemmi terminu.

    (ara l-punti 6, 8 u 9)

    Referenza:

    Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 29 ta’ Novembru 2011, ENISA vs CEPD, T‑345/11, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 15 sa 17; 3 ta’ Ottubru 2012, Tecnimed vs UASI – Ecobrands (ZAPPER-CLICK), T‑360/10, punti 15 sa 17, u l-ġurisprudenza ċċitata; 14 ta’ Novembru 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑229/13 P, punti 14 u 15

    Top