Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex
Dokument 62013TJ0655
Enercon vs UASI (Dégradé de cinq nuances de la couleur verte)
Enercon vs UASI (Dégradé de cinq nuances de la couleur verte)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Jannar 2015 — Enercon vs UASI (Gradazzjoni ta’ ħames sfumaturi tal-kulur aħdar)
(Kawża T‑655/13)
“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi gradazzjoni ta’ ħames sfumaturi tal-kulur aħdar — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Klassifikazzjoni mill-ġdid tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni — Artikolu 43(2) tar-Regolament Nru 207/2009”
1. |
Trade mark Komunitarja — Proċedura ta’ reġistrazzjoni — Irtirar, restrizzjoni u emenda tal-applikazzjoni għal trade mark — Talba għall-korrezzjoni ta’ trade mark — Korrezzjoni li tikkonsisti fir-riklassifikazzjoni ta’ trade mark — Modifika li teffettwa sostanzjalment it-trade mark — Ċaħda tat-talba (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 43(2)) (ara l-punti 14, 16, 17) |
2. |
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark — Kuluri jew taħlit ta’ kuluri — Kundizzjoni — Karattru distintiv — Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess ġenerali li ma tiġix ristretta indebitament id-disponibbiltà tal-kuluri (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 23-27) |
3. |
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Gradazzjoni ta’ ħames sfumaturi tal-kulur aħdar (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 30, 35-40) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 247/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ gradazzjoni ta’ ħames sfumaturi tal-kulur aħdar bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Enercon GmbH hija kkundnnata għall-ispejjeż. |