This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TJ0595
BSH vs OHMI - LG Electronics (compressor technology)
BSH vs OHMI - LG Electronics (compressor technology)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal- 4 ta’ Diċembru 2014 — BSH vs UASI — LG Electronics (compressor technology)
(Kawża T‑595/13)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva compressor technology — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti KOMPRESSOR — Raġuni relattiva għal rifjut — Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/209”
1. |
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 23) |
2. |
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 26, 27) |
3. |
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva compressor technology u trade marks verbali KOMPRESSOR (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 34) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1176/2012‑1), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn LG Electronics, Inc. u BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |