Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TJ0494

    Sales & Solutions vs OHMI - Inceda (watt)

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2014 — Sales & Solutions vs UASI — Inceda (WATT u WATT)

    (Kawżi magħquda T‑494/13 u T‑495/13)

    “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade marks Komunitarji figurattiva WATT u verbali WATT — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

    1. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Għan — Obbligu ta’ disponibbiltà [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)] (ara l-punti 16, 17)

    2. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kriterji [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)](ara l-punti 18-21)

    3. 

    Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 — Tradse marks verbali u figurattivi WATT [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)](ara l-punti 28, 32-34, 38, 43)

    4. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri — Effett (ara l-punt 45)

    Suġġett

    Fil-Kawża T‑494/13, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1192/2012‑4), u, fil-Kawża T‑495/13, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1193/2012‑4), relatati ma’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Inceda Holding GmbH u Sales & Solutions GmbH.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    2) 

    Sales & Solutions GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Inceda Holding GmbH fil-Kawżi magħquda T‑494/13 u T‑495/13.

    Top