Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TJ0471

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016.
    Xellia Pharmaceuticals ApS u Alpharma, LLC, anciennement Zoetis Products LLC vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-dipressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Kompetizzjoni potenzjali – Prodotti mediċinali ġeneriċi – Ostakoli għad-dħul fis-suq derivanti mill-eżistenza ta’ privattivi – Ftehim konkluż bejn proprjetarj ta’ privattivi u impriża ta’ ġeneriċi – Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Multi – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ legalità tal-pieni.
    Kawża T-471/13.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa ’ Awla) tat-8 ta ’ Settembru 2016 –

    Xellia Pharmaceuticals u Alpharma vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-471/13)

    “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-dipressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram — Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Kompetizzjoni potenzjali — Prodotti mediċinali ġeneriċi — Ostakoli għad-dħul fis-suq derivanti mill-eżistenza ta’ privattivi — Ftehim konkluż bejn proprjetarj ta’ privattivi u impriża ta’ ġeneriċi — Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni — Drittijiet tad-difiża — Multi — Ċertezza legali — Prinċipju ta’ legalità tal-pieni”

    1. 

    Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kompetizzjoni potenzjali — Possibbiltà reali u konkreta għal impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li tidħol b’riskju fis-suq fil-preżenza ta’ prodotti mediċinali protetti minn privattivi — Ftehim bejn il-proprjetarju tal-privattivi u l-impriżi tal-prodotti mediċinali ġeneriċi li jistgħu jostakolaw dan id-dħul — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni potenzjali (Artikolu 101(1) TFUE)) (ara l-punti 59-65, 146-148, 307, 342)

    2. 

    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Sensiela ta’ indizji — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Applikabbiltà — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Artikolu 101(1) TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 66-74, 111)

    3. 

    Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi — Ftehim konkluż bejn l-oriġinatur u impriża tal-prodotti mediċinali ġeneriċi — Soluzzjoni l-iktar profittabbli jew l-inqas riskjuża għall-impriżi inkwistjoni — Għan li jiġi mpaċija l-effetti tar-regoli legali wisq sfavorevoli — Assenza ta’ effett fuq in-natura illegali ta’ dawn il-ftehimiet (Art. 101, § 1, TFUE) (cf. points 124, 135)

    4. 

    Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Kontenut u għan ta’ akkordju kif ukoll kuntest ekonomiku u legali ta’ żvilupp ta’ dan tal-aħħar — Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat — Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni — Kriterju mhux neċessarju — Ksur minħabba l-għan — Livell suffiċjenti ta’ potenzjal ta’ ħsara — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 101(1) TFUE)) (ara l-punti 251-257, 270-273, 308, 309, 319, 326)

    5. 

    Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi — Ftehim konkluż bejn oriġinatur u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi — Ħlasijiet inversi ta’ natura sproporzjonata u magħquda ma’ esklużjoni tas-suq tal-kompetituri — Inammissibbiltà (Artikolu 101(1)TFUE) (ara l-punti 263, 267, 315-317, 277, 280-281, 308)

    6. 

    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedura — Kundizzjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati — Evalwazzjoni fid-dawl tal-proċedura kollha (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 353-357, 364)

    7. 

    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Tul eċċessiv tal-proċedura amministrattiva — Nuqqas ta’ provi rilevanti għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża — Oneru tal-prova — Obbligi imposti fuq impriża diliġenti (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punt 358)

    8. 

    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Preskrizzjoni fil-qasam tal-multi — Bidu tad-dekorrenza — Ksur uniku u kontinwat (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 25) (ara l-punt 363)

    9. 

    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Tnaqqis abbażi tat-tul eċċessiv tal-proċedura — Teħid inkunsiderazzjoni globali taċ-ċirkustanzi tal-kawża (Artikolu 101 TFUE u 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(1) u Artikolu 31) (ara l-punti 373-376)

    10. 

    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Limiti — Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Responsabbiltà tal-kumpanniji parent u tal-kumpanniji parent intermedjarji għall-aġir tas-sussidjarji tagħhom li jkun jikkostitwixxi ksur — Appliazzjoni tal-prinċipju — Assenza ta’ sitwazzjonijiet paragunabbli (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 380-386)

    11. 

    Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Twettiq ta’ proposti b’mod intenzjonat jew b’negliġenza — Kunċett — Impriża li ma setgħetx tinjora n-natura antikompetittiva tal-aġir tagħha — Ftehim konkluż bejn oriġinatur u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi — Ħlasijiet inversi ta’ natura sproporzjonata u magħquda ma’ esklużjoni tas-suq tal-kompetituri — Inklużjoni (Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 5 u Artikolu 23(2)) (ara l-punti 403-405)

    12. 

    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu fid-dawl tad-dħul mill-bejgħ tas-sena kummerċjali ta’ qabel id-data tal-impożizzjoni tal-multa (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 447-449, 458)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża AT/39226 – Lundbeck), u talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta minn din id-deċiżjoni fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Xellia Pharmaceuticals ApS u Alpharma LLC huma kkundannati għall-ispejjeż.

    Top