Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TJ0278

    Now Wireless vs OHMI - Starbucks (HK)

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Jannar 2015 — Now Wireless vs UASI — Starbucks (HK) (now)

    (Kawża T‑278/13)

    “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja figurattiva now — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

    1. 

    Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1), 51 u 57(2) u (3)) (ara l-punti 15, 16, 19)

    2. 

    Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu parzjali — Effett — Kunċett ta’ “parti mill-prodotti jew servizzi” li għalihom saret ir-reġistrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 57(2) u (3) (ara l-punti 24, 25, 27)

    3. 

    Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu minn terz bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark — Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(2)(ara l-punti 34, 36)

    4. 

    Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu minn terz bil-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark — Kunsens espress jew impliċitu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(2)(ara l-punti 35, 38)

    5. 

    Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Estensjoni territorjali tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1), 51 u 57(2) u (3) (ara l-punti 44-47)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 234/2012-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Now Wireless Ltd u Starbucks (HK) Ltd.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Now Wireless Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top