This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TJ0194
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Marzu 2017.
United Parcel Service, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Regolament (KE) Nru 139/2004 – Servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE – Akkwist ta’ TNT Espressa minn UPS – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern – Effetti probabbli fuq il-prezz – Analiżi ekonometriku – Drittijiet tad-difiża.
Kawża T-194/13.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Marzu 2017.
United Parcel Service, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Regolament (KE) Nru 139/2004 – Servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE – Akkwist ta’ TNT Espressa minn UPS – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern – Effetti probabbli fuq il-prezz – Analiżi ekonometriku – Drittijiet tad-difiża.
Kawża T-194/13.
Court reports – general
Kawża T-194/13
United Parcel Service, Inc.
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Regolament (KE) Nru 139/2004 – Servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE – Akkwist ta’ TNT Espressa minn UPS – Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern – Effetti probabbli fuq il-prezz – Analiżi ekonometriku – Drittijiet tad-difiża”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Marzu 2017
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti ta’ forma proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà
[Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(c); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (2015), Artikolu 76]
Konċentrazzjoniijet bejn impriżi – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Smigħ tal-impriżi – Obbligu tal-Kummissjoni li tikkomunika lill-impriża kkonċernata l-verżjoni finali tal-mudell ekonometriku magħżul qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata
(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 18(3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 802/2004, Artikolu 13(4))
Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Proċedura amministrattiva – Natura qasira tat-termini intermedjarji tal-proċedura – Teħid inkunsiderazzjoni, għall-evalwazzjoni tal-osservanza tad-drittjiet tad-difiża, tal-impoerattiv ta’ speditezza
(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004; Regolament tal-Kummissjoni Nru 802/2004)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 192)
Ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea sanċit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li għandu jiġi ggarantit fil-proċeduri kollha, inklużi l-proċeduri quddiem il-Kummissjoni fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet. Bl-istess mod, il-prinċipju ta’ kontradittorju, li jifforma parti mid-drittijiet tad-difiża jeżiġi li l-impriża kkonċernata tkun tqiegħdet fil-pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li effettivament tgħarraf l-opinjoni tagħha dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi allegati kif ukoll fuq id-dokumenti kkunsidrati mill-Kummissjoni insostenn tal-allegazzjonijiet tagħha.
F’dan ir-rigward, l-analiżi ekonometriku użat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkwistjoni inkompatibbli mas-suq intern ġie msejjes fuq mudell ekonometriku differenti minn dak li ġie suġġett għal dibattitu kontradittorju matul il-proċedura amministrattiva. Fil-fatt għalkemm jistgħu ċertament jiġu enfasizzati diversi istanzi ta’ xebh bejn il-mudell ekonometriku finali u dawn diskussi matul il-proċedura amministrattiva, xorta jibqa’ l-fatt li, fir-rigward tat-tibdil li sar, dawn tal-aħħar ma jistgħux madankollu jitqiesu bħala negliġibbli.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tallega li hija ma kellhiex l-obbligu li tikkomunika lir-rikorrenti l-mudell finali tal-analiżi ekonometriku qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
Għaldaqstant, id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ġew miksura, b’tali mod li hemm lok li tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn ir-rikorrenti wriet suffiċjentment mhux li, fin-nuqqas ta’ din l-irregolarità proċedurali, id-deċiżjoni kkontestata kien ikollha kontenut differenti, iżda li hija seta’ jkollha l-opportunità, anki jekk ridotta, li tiżgura aħjar id-difiża tagħha li kieku kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-verżjoni finali tal-mudell ekonometriku adottat mill-Kummissjoni.
(ara l-punti 198-200, 205, 209, 210, 215)
L-evalwazzjoni tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża fil-kuntest tal-istħarriġ tal-konċentrazzjonijiet għandha, ċertament, tieħu inkunsiderazzjoni l-element imperattiv ta’ speditezza li jikkaratterizza l-istruttura ġenerali tar-regolament dwar il-konċentrazzjonijiet.
(ara l-punt 219)