EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FJ0012

CQ vs Il-Parlament

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tielet Awla)

17 ta’ Settembru 2014

CQ

vs

Il-Parlament Ewropew

“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Interpreti tal-konferenzi li huma membri tal-persunal (AIC) — Artikolu 90 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Fastidju psikoloġiku — Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal — Regoli interni rigward il-kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol — Kunfidenzjalità tax-xogħol tal-imsemmi kumitat — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”

Suġġett:

Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu CQ titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-8 ta’ Mejju 2012 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Parlament Ewropew li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (iktar ’il quddiem, l-“ASKR”) ikkonkludiet, konformement mal-opinjoni mogħtija mill-kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol (iktar ’il quddiem, il-“kumitat dwar il-fastidju” jew il-“kumitat”), li r-rikorrenti ma kinitx, fil-funzjonijiet tagħha inkwantu membru tal-persunal temporanju, ġiet suġġetta għal fastidju psikoloġiku mill-Kap ta’ diviżjoni tagħha.

Deċiżjoni:

Ir-rikors huwa miċħud. CQ għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.

Sommarju

  1. Uffiċjali – Interpreti tal-konferenzi li huma membri tal-persunal – Regolamenti tal-Persunal – Membri tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt

    (Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra, Artikoli 3b u 90)

  2. Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Aġir li għandu bħala għan jew bħala effett li jiskredita lill-persuna kkonċernata jew li jiddegrada l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha – Rekwiżit ta’ natura repettitiva tal-aġir – Rekwiżit ta’ natura intenzjonali tal-aġir – Portata – Assenza ta’ rekwiżit ta’ mala fede tal-persuna li tikkawża fastidju

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 12a(3))

  3. Uffiċjali – Leave – Leave annwali – Talbiet għal leave – Terminu għall-ipproċessar mill-amministrazzjoni – Assenza

    (Regolamenti tal-Persunal, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57)

  4. Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett – Dewmien fl-ipproċessar tat-talbiet għal leave annwali – Esklużjoni – Kundizzjonijiet

  5. Uffiċjali – Drittijiet u obbligi – Parteċipazzjoni f’korsijiet tal-lingwa fl-interess tas-servizz – Obbligi fil-każ ta’ assenzi

  6. Uffiċjali – Obbligu ta’ assistenza tal-amministrazzjoni – Implementazzjoni fil-qasam ta’ fastidju psikoloġiku – Investigazzjoni interna marbuta ma’ allegat fastidju psikoloġiku – Proċedura – It-tieni smigħ konċess lill-parti li kontriha sar l-ilment – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – Assenza

  1.  Ir-reklutaġġ mill-Parlament Ewropew ta’ interpretu tal-konferenzi li huwa membru tal-persunal skont l-Artikolu 90 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra jagħti neċessarjament lil dan il-kwalità ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt u, b’mod partikolari, ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt fis-sens tal-Artikolu 3b tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra, għaliex l-Artikolu 90 tal-imsemmija Kondizzjonijiet tal-Impjieg jinsab fil-Kapitolu 5, intitolat “Disposizzjonijiet speċjali għall-membri tal-persunal bil-kuntratt riferuti fl-Artikolu 3b”, tat-Titolu IV tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ impjegati oħra.

    (ara l-punt 74)

    Referenza:

    Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenza Cantisani vs Il‑Kummissjoni, F‑71/10, EU:F:2012:71, punt 60

  2.  L-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal jiddefinixxi l-fastidju psikoloġiku bħala aġir abbużiv li jeħtieġ, sabiex jiġi stabbilit, li jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet b’mod kumulattiv. L-ewwel kundizzjoni hija marbuta mal-eżistenza ta’ aġir, kliem, atti, ġesti jew kitbiet li jseħħu fuq tul ta’ żmien, li huma repettitivi jew sistematiċi, u dan jimplika li l-fastidju psikoloġiku għandu jinftiehem bħala proċess li neċessarjament iseħħ fuq perijodu ta’ żmien u jippreżupponi l-eżistenza ta’ aġir repetut jew kontinwat, li huwa intenzjonali. It-tieni kundizzjoni kumulattiva tirrikjedi li dan l-aġir, kliem, atti, ġesti jew kitbiet ikollhom bħala effett li jippreġudikaw il-personalità, id-dinjità jew l-integrità fiżika jew psikoloġika ta’ persuna. Peress li l-aġġettiv “intenzjonali” jirrigwarda l-ewwel kundizzjoni, u mhux it-tieni waħda, tista’ tiġi dedotta konklużjoni doppja. Minn naħa, l-aġir, kliem, atti, ġesti jew kitbiet, koperti mill-imsemmi artikolu, għandhom ikunu ta’ natura volontarja, u dan jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni l-aġir li jseħħ b’mod aċċidentali. Min-naħa l-oħra, ma huwiex meħtieġ li tinġab il-prova li dan l-aġir, kliem, atti, ġesti jew kitbiet ikunu twettqu bl-intenzjoni li jiġu ppreġudikati l-personalità, id-dinjità jew l-integrità fiżika jew psikoloġika ta’ persuna. Biżżejjed li dan l-aġir, meta jkun twettaq volontarjament, ikun wassal oġġettivament għal tali konsegwenzi.

    Fl-aħħer nett, peress li l-aġir inkwistjoni għandu, skont l-Artikolu 12a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, ikun ta’ natura abbużiva, il-klassifikazzjoni ta’ fastidju hija suġġetta għall-kundizzjoni li dan ikun suffiċjentement reali oġġettivament, fis-sens li osservatur imparzjali u raġonevoli, b’sensittività normali u mqiegħed fl-istess kundizzjonijiet, iqisu li huwa eċċessiv u li jista’ jiġi kkritikat.

    (ara l-punti 76 sa 78)

    Referenza:

    Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenza Q vs Il‑Kummissjoni, F‑52/05, EU:F:2008:161, punti 134 u 135, mhux annullata fuq dan il-punt permezz tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Q, T‑80/09 P, EU:T:2011:347; Skareby vs Il‑Kummissjoni, F‑42/10, EU:F:2012:64, punt 65; u Cantisani vs Il‑Kummissjoni, EU:F:2012:71, punt 89

  3.  Minkejja li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjal għandu dritt, għal kull sena, għal leave annwali ta’ mill-inqas 24 jum utli u mill-iktar 30 jum utli, din id-dispożizzjoni ma timponix madankollu termini stretti fuq l-amministrazzjoni fl-ipproċessar tat-talbiet għal leave tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal.

    (ara l-punt 112)

  4.  Fir-rigward tal-manifestazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku b’rabta mal-ipproċessar tat-talbiet għal leave annwali, eventwali dewmien fl-approvazzjoni ta’ talba għal leave annwali ma jistax jiġi invokat kontra l-ġerarkija meta dan id-dewmien ikun imputabbli lil diviżjoni oħra u meta, f’kull każ, it-talba tiġi pproċessata fil-ħin. Dan huwa l-każ meta l-membru tal-persunal ikkonċernat jirċievi konferma tal-approvazzjoni ġimgħatejn qabel il-perijodu mitlub.

    Fir-rigward tat-tfakkira ta’ kap ta’ diviżjoni rigward in-neċessità li jitressqu t-talbiet għal leave mill-inqas ħamest ijiem utli qabel il-leave mitlub, din ma tistax tiġi kkritikata minnha nnifisha għal finijiet ta’ funzjonament tajjeb tas-servizz.

    Fir-rigward tat-tfakkira ta’ kap ta’ diviżjoni lil membru tal-persunal, li tgħid li dan tal-aħħar għandu juża l-bqija tal-leave annwali tiegħu qabel it-tmiem tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju, dan il-fatt lanqas ma jista’ jiġi kkritikat minnu nnifsu għaliex, bil-kontra, ġestjoni tajba tal-persunal timplika li tingħata attenzjoni sabiex il-kollaboraturi jiddikjaraw u jużaw il-leave annwali tagħhom b’mod li jevitaw li jġorru leave għas-snin segwenti jew indennizz ta’ tali leave mhux meħud fl-iskadenza ta’ kuntratt.

    (ara l-punti 116 sa 118)

    Referenza:

    Tribunal għas-Servizz Pubbliku: sentenza Q vs Il‑Kummissjoni, EU:F:2008:161, punt 180

  5.  Ir-reġistrazzjoni għal korsijiet tal-lingwa fl-interess tas-servizz, organizzati fil-ħin tax-xogħol normali, timplika li l-persuna kkonċernata għandha tiġġustifika immedjatament l-assenzi tagħha f’dawn il-korsijiet lis-superjur ġerarkiku tagħha u lis-servizz responsabbli għall-imsemmija korsijiet tal-lingwa.

    Wara li jkun informa debitament lill-kap ta’ diviżjoni tiegħu bir-raġunijiet għall-assenza tiegħu, huwa l-uffiċjal jew il-membru tal-persunal ikkonċernat li għandu jieħu personalment il-passi amministrattivi mitluba mad-diviżjoni ta’ taħriġ li tieħu ħsieb l-imsemmi korsi tal-lingwa, jiżgura mbagħad li jkunu saru l-bidliet xierqa fis-sitwazzjoni amministrattiva tiegħu u jirrispondi għal eventwali assenzi wkoll ma’ din id-diviżjoni.

    (ara l-punti 120 u 121)

  6.  Fir-rigward ta’ investigazzjoni interna marbuta ma’ allegat fastidju psikoloġiku mwettqa skont ir-regoli interni tal-Parlament Ewropew rigward il-kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol, il-kumitat dwar il-fastidju ma huwiex marbut fix-xogħol tiegħu b’regoli stretti ta’ proċedura li jobbligawh jisma’ lill-parti rikorrenti għat-tieni darba, meta ma jqisx li dan huwa neċessarju. Ir-rwol tiegħu huwa konsultattiv u l-opinjoni tiegħu ma tikkostitwixxix att li jippreġudika lill-imsemmija parti. Barra minn hekk, quddiem il-kumitat dwar il-fastidju, il-vittma preżunta u l-persuna li hija preżunta li kkawżat fastidju ma jinsabux fl-istess pożizzjoni. Il-persuna li hija preżunta li kkawżat fastidju għandha tkun tista’ tiddefendi ruħha, kif jispeċifika t-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 tal-imsemmija regoli interni, mill-ilment imressaq quddiem il-kumitat. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li ngħatat okkażjoni supplimentari lill-persuna li hija preżunta li kkawżat fastidju sabiex tirrispondi għall-allegazzjonijiet ifformulati fil-konfront tagħha ma jistax jipprova ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-allegata vittma mill-kumitat dwar il-fastidju jew ksur minnu tal-obbligu tiegħu ta’ imparzjalità.

    (ara l-punt 147)

Top

Suġġett

:

Deċiżjoni