Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CO0550

    Grimal

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Marzu 2014 – Grimal

    (Kawża C‑550/13)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità — Liċenzja tas-sewqan — Ċittadin tal-Unjoni Ewropea — Ħruġ ta’ żewġ liċenzji tas-sewqan minn żewġ Stati Membri lill-istess persuna — Sospensjoni tal-liċenzja — Proċeduri kriminali — Kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Assenza ta’ preċiżjoni suffiċjenti — Motivi tan-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari — Assenza ta’ preċiżjoni suffiċjenti — Inammissibbiltà manifesta”

    Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Talba li ma tipprovdi l-ebda preċiżazzjoni fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u li ma tesponix ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja — Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 53(2) u 94) (ara l-punti 12-25, 33, 34)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari - Cour d’appel de Poitiers - Interpretazzjoni tal-Artikolu 18 TFUE - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità - Liċenzja tas-sewqan - Ċittadin li għandu żewġ liċenzji tas-sewqan maħruġa f’żewġ Stati Membri differenti - Ċittadin li kien is-suġġett ta’ sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan tiegħu mill-ewwel Stat Membru tal-ħruġ - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkriminalizza l-fatt li persuna issuq matul il-perijodu ta’ sospensjoni ta’ din il-liċenzja - Impossibbiltà għal dan iċ-ċittadin li juża l-liċenzja maħruġa minn Stat Membru ieħor - Prassi tal-awtoritajiet nazzjonali li ma jibdewx proċeduri fir-rigward ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li jkun fl-istess sitwazzjoni

    Dispożittiv

    It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Poitiers (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2013, hija manifestament inammissibbli.

    Top