Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CO0290

    Rütgers Germany et vs ECHA

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) tal-4 ta ’ Settembru 2014 —

    Rütgers Germany et vs ECHA

    (Kawża C‑290/13 P) 1 ( 1 )

    “Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Artikolu 59 u Anness XIII — Identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen (pasta tal-antraċen) bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna, li għandha tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament”

    1. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, evalwazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Proċedura ta’ identifikazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet tal-Unjoni — Portata — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) — Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 57 u 59) (ara l-punti 25, 26, 61)

    2. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Proċedura ta’ identifikazzjoni — Sustanzi li għandhom proprjetajiet persistenti u bioakkumulabbli u tossiċi jew persistenti ħafna u bioakkumulabbli ħafna — Kwalifika fuq il-bażi ta’ proprjetajiet tal-kostitwenti — Ammissibbiltà — Applikazzjoni ta’ limitu ta’ konċentrazzjoni għall-finijiet tal-kwalifika — Ammissibbiltà (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 14(2)(f), 31(3)(b), 56(6), u 57(d) u (e), u Anness XIII) (ara l-punti 42, 43)

    3. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, evalwazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Proċedura ta’ identifikazzjoni — Sustanzi li għandhom proprjetajiet persistenti u bioakkumulabbli u tossiċi jew persistenti ħafna u bioakkumulabbli ħafna — Kwalifika fuq il-bażi ta’ proprjetajiet tal-kostitwenti — Obbligu li tinfetaħ proċedura separata fir-rigward tal-kostitwenti — Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 57(d) u (e), u 59 u Anness XIII) (ara l-punt 49)

    Dispożittiv

    1) 

    L-appell huwa miċħud.

    2) 

    Rütgers Germany GmbH, Rütgers Belgium NV, Deza a.s., Industrial Química del Nalón SA u Bilbaína de Alquitranes SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


    ( 1 ) ĠU C 252, 31.8.2013.

    Top