EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CO0049

Sommarju tad-digriet

Court reports – general

Kawża C‑49/13

MF 7 a.s.

vs

MAFRA a.s.

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad průmyslového vlastnictví)

“Artikolu 267 TFUE — Kunċett ta’ ‘qorti jew tribunal’ — Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja — Indipendenza — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

Sommarju — Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013

Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Qorti jew tribunal nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Kunċett – Úřad průmyslového vlastnictví (Uffiċċju tal-proprjetà industrijali) – Esklużjoni

(Artikolu 267 TFUE)

Sabiex jiġi evalwat jekk korp li jagħmel ir-rinviju għandux in-natura ta’ “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, kwistjoni li hija rregolata biss mid-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tqis numru ta’ fatturi, bħall-kwistjoni ta’ jekk il-korp huwiex stabbilit mil-liġi, il-permanenza tiegħu, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura, l-applikazzjoni, mill-korp, tar-regoli ta’ dritt, kif ukoll l-indipendenza tiegħu.

B’mod partikolari, korp nazzjonali ma jistax jiġi kklassifikat bħala “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE f’ċirkustanzi fejn huwa jagħti deċiżjonijiet billi jeżerċita funzjonijiet mhux ġudizzjarji, bħalma huma funzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

Il-garanziji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità, li huma neċessarji sabiex korp ikun jista’ jikkwalifika bħala “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, jeħtieġu l-eżistenza ta’ regoli, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-kompożizzjoni tal-istanza, il-ħatra, it-tul tal-funzjonijiet kif ukoll il-kawżi ta’ astensjoni, ta’ rikuża u ta’ revoka tal-membri tagħha, li jippermettu li jitneħħa kull dubju raġonevoli, f’moħħ il-partijiet fil-kawża, dwar l-impermeabbiltà ta’ din l-istanza fir-rigward ta’ elementi esterni u tan-newtralità tagħha fir-rigward tal-interessi li jkunu inkwistjoni quddiemha.

(ara l-punti 15, 16, 23)

Top

Kawża C‑49/13

MF 7 a.s.

vs

MAFRA a.s.

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad průmyslového vlastnictví)

“Artikolu 267 TFUE — Kunċett ta’ ‘qorti jew tribunal’ — Proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja — Indipendenza — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

Sommarju — Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013

Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti jew tribunal nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Kunċett — Úřad průmyslového vlastnictví (Uffiċċju tal-proprjetà industrijali) — Esklużjoni