Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0672

    OTP Bank

    Kawża C‑672/13

    OTP Bank Nyrt

    vs

    Magyar Állam

    u

    Magyar Államkincstár

    (talba għal deċiżjoni preliminari

    mressqa mill-Fővárosi Törvényszék)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ — Għajnuna għall-akkomodazzjoni, mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea, għal ċerti kategoriji ta’ unitajiet domestiċi — Likwidazzjoni tal-għajnuna minn stabbilimenti ta’ kreditu bħala korrispettiv għal garanzija mill-Istat — Artikolu 108(3) TFUE — Miżura li ma ġietx innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea — Illegalità”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ għajnuna – Inklużjoni

      (Artikoli 108 TFUE u 267 TFUE)

    2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Eżami mill-Kummissjoni – Ġurisdizzjoni esklużiva – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali – Limiti

      (Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(b)(i))

    3. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat – Garanzija ta’ rimbors ta’ self għall-akkomodazzjoni li timplika l-imputazzjoni tal-ħlas lill-baġit ġenerali – Inklużjoni

      (Artikolu 107(1), TFUE)

    4. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Garanzija ta’ rimbors tas-self għall-akkommodazzjoni li jibbenefika minnu settur ekonomiku sħiħ – Inklużjoni

      (Artikolu 107(1), TFUE)

    5. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Garanzija ta’ rimbors mill-Istat ta’ self għall-akkomodazzjoni – Għoti ta’ vantaġġ lis-settur ikkonċernat – Inammissibbiltà

      (Artikolu 107(1), TFUE)

    6. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Miżura li ma tistax tiġi kklassifikata bħala għajnuna eżistenti skont l-att ta’ adeżjoni tal-Istat Membru kkonċernat – Klassifikazzjoni bħala għajnuna ġdida – Projbizzjoni ta’ implementazzjoni qabel id-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni – Portata – Obbligi tal-qrati nazzjonali – Obbligu li jiġi ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna illegali

      (Artikoli 107(1), TFUE u 108(3), TFUE)

    7. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli tal-proċedura tal-Artikolu 108(3) TFUE – Obbligi tal-qrati nazzjonali – Obbligu li jiġi ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna illegali – Rimedji disponibbli għall-benefiċċjarji – Assenza

      (Artikolu 108(3), TFUE)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 26-32)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 35-37)

    3.  Garanzija mill-Istat li jikkonsisti fl-obbligu tal-awtoritajiet pubbliċi li jirromborsaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, lil stabbiliment ta’ kreditu 80% tal-ammont ikkumulat tal-kapital u tal-interessi tas-self s-somma ta’ self, imħallas minn dan l-istabbiliment ta’ kreditu u li ma għadux jista’ jiġi rkuprat, self mogħti abbażi ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni għaż-żgħażagħ u ta’ għajnuna mogħtija abbażi tas-sistema l-antika ta’ rimbors tat-taxxa, tikkostitwixxi, a priori għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li l-ammonti mitluba waqt is-sejħiet għal garanziji huma imputati lill baġit ġenerali u jingħataw permezz tar-riżorsi tal-Istat.

      (ara l-punti 42, 43 u d-dispożittiv)

    4.  Għajnuna mill-Istat tista’ tkun selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE anki jekk din tkun tikkonċerna settur ekonomiku sħiħ. F’dan ir-rigward, tista’ tipi kkunsidrata bħala selettiva, garanzija tal-Istat li tikkonsisti fl-obbligu ta’ ħlas lura, taħt ċerti kundizzjonijiet, lil stabbiliment ta’ kreditu ta’ 80 % tal-ammont ikkumulat tal-kapital u tal-interessi tas-self s-somma ta’ self, imħallas minn dan l-istabbiliment ta’ kreditu u li ma għadux jista’ jiġi rkuprat, self mogħti abbażi ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni għaż-żgħażagħ u ta’ għajnuna mogħtija abbażi tas-sistema l-antika ta’ rimbors tat-taxxa peress li din il-garanzija hija ta’ profitt esklużivament għas-settur tal-istabbilimenti ta’ kreditu.

      Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa b’mod iktar partikolari n-natura selettiva ta’ tali garanzija billi tiddetermina, b’mod partikolari, jekk, wara l-emenda ta’ digriet nazzjonali li jkun serva bħala bażi għall-implementazzjoni ta’ din il-garanzija, din tal-aħħar tistax tingħata lil operaturi ekonomiċi oħra minbarra l-istabbilimenti ta’ kreditu u, f’każ ta’ risposta pożittiva, jekk din iċ-ċirkustanza hijiex ta’ natura li tpoġġi f’dubju n-natura selettiva tal-imsemmija garanzija.

      (ara l-punti 49-52 u d-dispożittiv)

    5.  Garanzija mill-Istat li tikkonsisti fl-obbligu ta’ rimbors, taħt ċerti kundizzjonijiet, lil stabbiliment ta’ kreditu 80 % tal-ammont ikkumulat tal-kapital u tal-interessi tas-self s-somma ta’ self, imħallas minn dan l-istabbiliment ta’ kreditu u li ma għadux jista’ jiġi rkuprat, self mogħti abbażi ta’ għajnuna għall-akkomodazzjoni għaż-żgħażagħ u ta’ għajnuna mogħtija abbażi tas-sistema l-antika ta’ rimbors tat-taxxa tippermetti lill-istabbilimenti ta’ kreditu li jikkonkludu self mingħajr ma jkollhom jassumu r-riskju ekonomiku relatat. Għalhekk, l-istabbilimenti ta’ kreditu li jkunu kkonkludew kuntratt ta’ kummissjoni ma jkollhomx neċessarjament jeżaminaw is-solvenza tal-persuni li jissellfu u lanqas li jipprevedu primjum ta’ garanzija. Barra minn hekk, il-persuni li jissellfu, ħafna drabi jitolbu servizzi addizzjonali mingħand dawn l-istabbilimenti, bħall-ftuħ ta’ kont kurrenti. Għaldaqstant, il-garanzija mill-Istat tikkonferixxi lill-imsemmija stabbilimenti vantaġġ peress li din għandha l-effett li tkabbar il-klijentela tagħhom u żżid id-dħul tagħhom.

      Minn dan isegwi li l-garanzija mill-Istat għandha l-effett li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu meta mqabbla ma’ dawk ta’ operaturi oħra tas-suq u li tirrendi iktar diffiċli d-dħul fis-suq Ungeriż mill-operaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra. Għaldaqstant, din il-garanzija tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

      (ara l-punti 57-59 u d-dispożittiv)

    6.  Meta miżura, li tkun għadha applikabbli wara d-data ta’ adeżjoni ta’ Stat Membru fl-Unjoni, li tikkostitwixxi għajnuna pubblika, la tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-att ta’ adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru fl-Unjoni u lanqas dawk stabbiliti mill-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nrui 659/1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 KE, applikabbli għall-Artikolu 108 TFUE, sabiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna eżistenti, din għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida. Tali miżura għandha, għaldaqstant, tiġi nnotifikata minn qabel lil-Kummissjoni u ma tistax tiġi eżegwita qabel ma l-proċedura tkun waslet għal deċiżjoni finali.

      F’dawn iċ-ċirkustanzi, jekk qorti nazzjonali tikklassifika l-garanzija mill-Istat li hija tikkostitwixxi “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tali garanzija għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida, u hija, abbażi ta’ dan, suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 108(3) TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-Istat Membru kkonċernat kkonformax ruħu ma’ dan l-obbligu u, jekk dan ma jkunx il-każ, li tiddikjara din il-garanzija illegali.

      Fir-rigward tal-konsegwenzi li jirriżultaw minn tali illegalità dawn jikkonsistu, b’mod partikolari, fit-tneħħija tagħha permezz tal-irkupru sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni preċedenti. Fil-fatt, bir-rimbors tal-għajnuna, il-benefiċjarju jitlef il-vantaġġ li huwa kellu fis-suq meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu, u b’dan il-mod terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni eżistenti qabel l-għoti tal-għajnuna. Sakemm in-nuqqas ta’ r-rimbors tal-għajnuna illegali ma jkunx iġġustifikat minn ċirkustanzi eċċezzjonali, il-qorti nazzjonali hija marbuta, fil-prinċipju, li tordna dan ir-rimbors, b’mod konformi mad-dritt nazzjonali tagħha.

      (ara l-punti 62, 66-73 u d-dispożittiv)

    7.  Fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, anki jekk jiġi preżunt li l-Kummissjoni tiddikjara, f’deċiżjoni finali li għandha tingħata, garanzija ta’ rimbors tas-self għall-akkomodazzjoni, mogħtija minn Stat Membru qabel l-adeżjoni tiegħu fl-Unjoni u li ġiet sussegwentement suġġetta għal eżami, bħala għajnuna ġdida, kompatibbli mas-suq intern, il-qorti nazzjonali tibqa’ obbligata li tordna r-rimbors ta’ din l-għajnuna mill-Istat, b’mod konformi mad-dritt nazzjonali tagħha. Fil-fatt, sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett dirett tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE u ma jinkisrux l-interessi tal-partijiet fil-kawża li l-qrati nazzjonali għandhom l-għan li jippreżervaw, l-imsemmija deċiżjoni finali tal-Kummissjoni ma għandhiex il-konsegwenza li tirregolarizza, a posteriori, l-atti ta’ eżekuzzjoni li kienu invalidi minħabba li ġew adottati bi ksur tal-projbizzjoni msemmija f’dan l-artikolu. Kull interpretazzjoni oħra twassal sabiex tiffavorixxi n-nuqqas ta’ osservanza, mill-Istat Membru kkonċernat, tal-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu u sabiex iċaħħadha mill-effett utli tagħha.

      Fir-rigward b’mod partikolari tal-benefiċjarji tal-garanzija mill-Istat, fid-dawl tan-natura imperattiva tal-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat imwettaq mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 TFUE, minn naħa l-impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna jista’ jkollhom, fil-prinċipju, aspettattivi leġittimi fir-regolarità tal-għajnuna tagħhom biss jekk din tal-aħħar tkun ingħatat b’osservanza tal-proċedura prevista f’dan l-artikolu u, min-naħa l-oħra, operatur ekonomiku diliġenti għandu normalment ikun f’pożizzjoni li jiżgura ruħu li din il-proċedura ġiet osservata. B’mod partikolari, meta għajnuna tiġi eżegwita mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni, b’tali mod li din tkun illegali skont l-Artikolu 108(3) TFUE, il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jistax ikollu, f’dan il-mument, aspettattivi leġittimi fir-regolarità tal-għoti ta’ din tal-aħħar.

      Isegwi li l-benefiċjarji ta’ tali garanzija mill-Istat, mogħtija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u, għaldaqstant, illegali, ma għandhomx rimedju skont id-dritt tal-Unjoni.

      (ara l-punti 76-79 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑672/13

    OTP Bank Nyrt

    vs

    Magyar Állam

    u

    Magyar Államkincstár

    (talba għal deċiżjoni preliminari

    mressqa mill-Fővárosi Törvényszék)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ — Għajnuna għall-akkomodazzjoni, mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea, għal ċerti kategoriji ta’ unitajiet domestiċi — Likwidazzjoni tal-għajnuna minn stabbilimenti ta’ kreditu bħala korrispettiv għal garanzija mill-Istat — Artikolu 108(3) TFUE — Miżura li ma ġietx innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea — Illegalità”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ għajnuna — Inklużjoni

      (Artikoli 108 TFUE u 267 TFUE)

    2. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida — Eżami mill-Kummissjoni — Ġurisdizzjoni esklużiva — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali — Limiti

      (Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(b)(i))

    3. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għajnuna mir-riżorsi tal-Istat — Garanzija ta’ rimbors ta’ self għall-akkomodazzjoni li timplika l-imputazzjoni tal-ħlas lill-baġit ġenerali — Inklużjoni

      (Artikolu 107(1), TFUE)

    4. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura selettiva tal-miżura — Garanzija ta’ rimbors tas-self għall-akkommodazzjoni li jibbenefika minnu settur ekonomiku sħiħ — Inklużjoni

      (Artikolu 107(1), TFUE)

    5. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Garanzija ta’ rimbors mill-Istat ta’ self għall-akkomodazzjoni — Għoti ta’ vantaġġ lis-settur ikkonċernat — Inammissibbiltà

      (Artikolu 107(1), TFUE)

    6. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida — Miżura li ma tistax tiġi kklassifikata bħala għajnuna eżistenti skont l-att ta’ adeżjoni tal-Istat Membru kkonċernat — Klassifikazzjoni bħala għajnuna ġdida — Projbizzjoni ta’ implementazzjoni qabel id-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni — Portata — Obbligi tal-qrati nazzjonali — Obbligu li jiġi ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna illegali

      (Artikoli 107(1), TFUE u 108(3), TFUE)

    7. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli tal-proċedura tal-Artikolu 108(3) TFUE — Obbligi tal-qrati nazzjonali — Obbligu li jiġi ordnat il-ħlas lura tal-għajnuna illegali — Rimedji disponibbli għall-benefiċċjarji — Assenza